Left arrow Mur Lura

FORMOLI ĠODDA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL-LIĊENZI TAN-NEGOZJI

PR1191
Date Icon 30/08/2006

“Il-Gvern huwa mpenjat li jnaqqas il-burokrazija.  Eżempju li jixhed dan l-impenn jidher fl-emendi li saru fil-liġi li tirregola l-ħruġ ta’ Liċenzi tan-Negozji.  Minn meta ġiet introdotta din il-liġi s’issa l-Gvern baqa’ jżomm konsultazzjoni kemm mad-Dipartimenti nfushom kif ukoll mas-self employed u s-sidien tan-negozji, biex jara kontinwament x’tibdil għaddej minnu l-kummerċ, sabiex jaġġusta għal aħjar il-liġi u jara li tkun kompatibbli mal-ħtiġijiet ta’ min qiegħed fin-negozju.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, qal dan waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li fiha ġew imnedija formoli ġodda għal min jixtieq japplika għal liċenzja tan-negozju. 

L-Onor. Vassallo kompla jgħid li “dan l-impenn wassal lill-Gvern biex jirrevedi l-Avviż Legali.  Dawn l-emendi ġabu magħhom diversi deċiżjonijiet li komplew jissimplifikaw il-proċeduri wżati mit-Trade Licensing Unit (TLU) u l-iSmall Business and Crafts Directorate. 

“Illum qegħdin nippubblikaw lista sħiħa ta’ formoli ġodda ta’ applikazzjonijiet li jimtlew minn applikanti għal-liċenza tan-negozju.  Dawn il-formoli jistgħu jinġabru mill-uffiċċji tal-Kunsilli Lokali, ikunu mniżżla mill-website tal-Ministeri għall-Kompetizzjoni u l-Kompetitivita’:

(http://www.mcmp.gov.mt/commerce_trade06_f.asp), u mill-iSmallBusiness and Crafts Directoratef’Lascaris fil-Belt Valletta. 

“Dawn il-formoli illum ġew ippubblikati mill-ġdid biex ikunu aktar user friendly u issa kull formola hija iżjed faċli biex timtela. 

“Il-Gvern konxju li l-mili tal-formoli huwa l-akbar uġiegħ ta’ ras u dwejjaq għal min qiegħed fin-negozju.  Għalhekk il-Gvern għaddej minn eżerċizzju biex dawn il-formoli jitnaqqsu kemm jista’ jkun.  Dan l-impenn tal-Gvern huwa maħsub biex jara li l-formoli tal-Gvern ikunu mill-anqas possibbli.” 

Jeżistu 16-il formola li biha wieħed jista’ japplika għal liċenza ta’ negozju, u kull formola għandha skop speċifiku: 

A1

Applikazzjoni biex tirreġistra attivita kummerċjali

A2

Notifikazzjoni biex tirreġistra attivita kummerċjali minn post kummerċjali liċenzat

B

Bdil għas-sistema l-ġdida

C

Applikazzjoni għal liċenza ġdida għal attivita kummerċjali li teħtieġ permess mill-MEPA

D

Applikazzjoni għal bidla jew żieda t’aktar attivitajiet mal-liċenza kummerċjali

E

Avviż għat-tħassir jew trasferiment ta’ liċenza

F

Applikazzjoni għal trasferiment b’wirt

G

Applikazzjoni għal riattivazzjoni ta’ liċenza biex tħaddem attivita kummerċjali

H

Applikazzjoni għal liċenza biex tagħmiolha ta’ bejjiegħ tat-triq

I

Applikazzjoni għal liċenza biex tagħmiolha ta’ bejjiegħ tal-monti

J

Applikazzjoni għal sostitut jew bidla tas-sostitut tal-bejjiegħ tat-triq

K

Avviż għal Late Night Shopping

L

Applikazzjoni għal liċenza għall-aġenti tal-marketing

M

Applikazzjoni biex torganizza Car Boot Sale

N

Applikazzjoni biex torganizza fiera kummerċjali

O

Applikazzjoni għal liċenza ta’ ġerreja

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kompla jgħid li “l-Gvern ser ikun qiegħed iressaq aktar emendi hekk kif ikunu meħtieġa maż-żmien sabiex din il-liġi tibqa’ waħda mill-iżjed effiċjenti u effettiva għal kull min qiegħed fin-negozju.  Kull tibdil li sar kien effettiv grazzi għall-għajnuna mill-istess uffiċjali tad-Dipartimenti imsemmija kif ukoll permezz tal-konsultazzjoni li seħħet ma’ l-istess self-employed u s-sidien ta’ negozju.  

Is-Segretarju Parlamentari ta ukoll informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ negozji.  Bejn Mejju 2002 u Ġunju 2006 daħlu 8,465 applikazzjoni għal liċenzji ta’ negozji, li minnhom ġew finalizzati 6,001.  Ingħat ukoll informazzjoni ta’ kemm daħlu applikazzjonijiet fil-perijodu bejn Jannar u Ġunju f’dawn l-aħħar tliet snin.  

Fit-tmiem tal-konferenza, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo għamel appell lil dawk kollha li huma self-employed jew sidien ta’ negozji żgħar li għandhom xi lment dwar mili ta’ formoli biex jikkuntattjaw is-Segretarjat fuq keith.psaila@gov.mt jew billi jċemplu fuq 23886164.  L-Onor. Vassallo qal li “dawk kollha li jaħsbu li l-formoli li qegħdin jirċievu minn xi dipartiment jew ieħor huma eċċessivi, u jixtieq jgħaddu l-kummenti tagħhom, jistgħu jagħmlu dan.  Aħna ser inkunu qegħdin nagħmlu eżerċizzju biex naraw liema dipartimenti jibgħatu formoli li jimtlew mis-self employed u ser niddiskutu magħhom biex kemm jista’ jkun nkomplu nnaqqsu kull inkonvenjent għas-settur kummerċjali.”

Annex

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow