RISPOSTA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU GĦALL-ISTQARRIJA TAL-KAP TA’ L-OPPOŻIZZJONI
B’risposta għall-istqarrija li ħareg il-Kap ta` l-Oppożizzjoni dwar ir-rimi ta` skart tal-kostruzzjoni fil-baħar, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jagħmilha ċara li malli saret l-allegazzjoni dwar dan ir-rimi, il-każ ġie investigat minnufih u twaqqaf dan ir-rimi. Il-każ anzi gie mibgħut lill-Pulizija u cioe` l-Adminsitrative Law Enforcement (ALE) sabiex jekk jirriżulta illi dan ir-rimi sar bi ksur tal-liġi, jittieħdu l-passi kollha meħtieġa.
Ħadd ma hu `il fuq mil-liġi, u l-Pulizija diġa` għaddejja sew bl-investigazzjoni tagħha li jinsabu fi stadju avvanzat.
Jekk il-Kap ta` l-Oppożizzjoni jrid ikun responsabbli u kredibbli, huwa għandu jgħaddi kull informazzjoni ta` twettiq ta` reati li tista` tgħin lill-Pulizija, b’mod sħiħ u immedjatament.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958