JINFETĦU L-OFFERTI GĦAL ROTOT ĠODDA
PR1187
25/08/2006
Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura jixtieq javża li llum, 25 ta’ Awissu 2006, ingħalqet is-sejħa għall-offerti għal rotot ġodda ta’ l-ajru. L-offerti nfetħu fin-12.30pm fil-Ministeru għall-Kommunikazzjoni u Kompettitivita’ fejn l-offerti kienu mixħuta.
Tefgħu l-offerta żewġ linji ta’ l-ajru low cost – Ryanair Ltd u Easyjet Airlines Co. Ltd. Ryanair applikat għat-tliet rotot ta’ Pisa, Dublin u Luton filwaqt li Easyjet applikat għar-rotot ta’ Luton u Mulhouse-Basel.
Dawn l-offerti għandhom jiġu evalwati a bażi tas-sejħa li saret u tal-kriterji msemmija fl-istess sejħa.
L-eżerċizzju ta’ l-evalwazzjoni għandu jibda nhar it-Tnejn li ġej.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958