Left arrow Mur Lura

IKTAR XOGĦOLIJIET FUQ ŻONI INDUSTRIJALI SABIEX PAJJIŻNA JKUN MIFTUĦ AKTAR GĦAN-NEGOZJU

PR1186
Date Icon 25/08/2006

Waqt żjara fiż-żona industrijali ta’ Ħ’Attard, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni l-Onor.Alfred Sant  ipprova jagħti l-impressjoni li fiż-żoni industrijali f’pajjiżna għadu ma sar xejn, waqt li fil-fatt il-Gvern diġa nefaq mat-tlett miljun Lira f’proġetti biex jibni t-toroq u jtejjeb l-infrastruttura f’numru ta’ żoni industrijali. 

Fil-Pjan ta’ Ħidma ppubblikat mis-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employedil-Gvern qed juri li l-objettiv tiegħu huwa li jara li ż-żoni industrijali kollha jkunu żoni industrijali ta’ standard għoli.  Il-Gvern irid li ż-żoni industrijali fejn hemm negozji zgħar jkunu ‘5-star industrial zones’.  Kull żona industrijali hija Smart City u l-Gvern impenjat li jagħtihom l-attenzjoni kollha mistħoqqa, kif diġa sar fiż-żoni industrijali tal-Ħandaq, l-Imrieħel, Ħaż-Żebbug u fil-Mosta. 

Issa huwa l-objettiv tal-Gvern li x-xogħol ikompli f’żoni industrijali oħra.  Sa qabel l-aħħar ta’ din is-sena ser jibda x-xogħol fuq il-bini ta’ toroq fiż-żona industrijali ta’ Ħal-Luqa, f’Ħal-Farruġ, filwaqt irid ikun konkluż ix-xogħol f’ta Dbiegi. Is-sena li ġejja ser jibda x-xogħol f’żona industrijali f’Ħ’Attard, filwaqt li jridu jkomplu jsiru toroq ġodda fil-Ħandaq u fl-Imrieħel, fejn issa beda jinbena bini gdid industrijali.  Dan għaliex il-ħidma li twettqet s’issa f’dawn iż-żoni industrijali wasslet biex ikompli jsir bini ġdid industrijali f’dawn l-istess żoni.  Dan ifisser li, permezz tal-ħidma tal-Gvern f’dawn iż-żoni, reġa kien hemm investiment u żdied in-negozju. 

S’issa f’dawn iż-żoni industrijali saru b’kollox: 

§          58 triq bit-tarmak li jinkludu servizz ġdid ta’ drenaġġ u ilma, u sistema ta’ culverts;

§          Twaħħlu mal-150 bozza ġdida;

§          Ser jiġu ppubblikati direttorji li jitqassmu fil-lokalitajiet qrib iż-żoni industrijali;

§          Artiġjani u imprendituri mill-istess żoni qed jingħataw preferenza biex jieħdu sehem fi programmi ta’ l-Unjoni Ewropea;

§          Qed issir ħidma ta’ indafa u manutenzjoni regolari;

§          Qed issir konsultazzjoni regolari ma’ l-istess sidien ta’ negozji fiż-żoni industrijali biex ikunu magħrufa aktar il-ħtiġijiet ta’ l-istess żoni;

§          Qed jitkomplew web-sites maħsuba biex jirriklamaw l-artiġjani u l-imprendituri f’dawn iż-żoni industrijali;

§          Huwa maħsub ukoll li jinbnew seba’ żoni industrijali ġodda li bhalissa hemm l-applikazzjonijiet tagħhom quddiem il-MEPA;

§          Għandu jinħareġ it-tender għall-proġett ta’ Ta’ Qali. 

Din il-ħidma kollha hija inkluża fil-Pjan ta’ Ħidma tal-Gvern għas-sena ta’ ħidma 2006 – 2007 “Miftuħa għan-negozju”.  

Minkejja x-xogħol li qiegħed isir ġewwa ż-żoni industrijali Dr. Sant qed jipprova jkun negattiv.  Dr. Sant jaf li l-ħidma li diġa saret hija garanzija li l-ħidma imwegħda hija garantita, għalhiex f’dan il-każ il-passat huwa tassew garanzija tal-futur. 

Dan il-Gvern tant jemmen li żoni industrijali b’infrastruttura tajba jkattru n-negozju li diġa beda jwettaq il-proġett tal-bini ta’ toroq f’żoni industrijali, u dan s’issa wassal biex qegħdin igawdu mat-3000 ħaddiem, il-konsumaturi li jinqdew minn dawn iż-żoni industrijali u l-istess sidien tan-negozji li jinsabu f’dawn iż-żoni. 

F’pajjiżna, is-self employed, il-ħaddiema u l-konsumaturi jeħtieġu l-viżjoni posittiva tal-Gvern li tħares b’fiduċja fil-ġejjieni u b’entużjasmu fil-preżent.  Is-suċċess tal-ħidma tal-Gvern favur is-self employed mhux jintefa bin-negattiviżmu ta’ Dr. Alfred Sant. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow