IL-PRESIDENT TA’ MALTA JILTAQA’ MA’ L-EMIGRANTI MALTIN
Il-President ta’ Malta l-E.T. Dr Eddie Fenech Adami illum iltaqa’ ma’ grupp ta’ emigranti Maltin li bħalissa qegħdin għall-btala f’Malta
Il-President esprima l-pjaċir tiegħu għal din iż-żjara ta’ kortesija li issa saret avveniment annwali. Il-President sejjaħ lil dawn il-Maltin li qed jgħixu barra minn xtutna bħala ambaxxaturi ta’ dik li hija l-identita’ Maltija u saħaq fuq l-importanza li ngħożżu l-valuri li jiddistingwuna bħala Maltin.
Huwa żied jgħid li dawn il-Maltin, huma l-konferma tar-rabta li żammew ma’ Malta u mal-kultura u t-tradizzjonijiet Maltin.
Il-Monsinjur Philip Calleja u Fr. Alfred Vella li kienu qegħdin jakkumpanjaw il-grupp, irringrazzjaw lill-President f’isem l-emigranti Maltin għall-laqgħa tagħhom fil-Palazz il-Belt, Valletta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958