Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT TA’ MALTA JILTAQA’ MA’ L-EMIGRANTI MALTIN

PR1175
Date Icon 23/08/2006

Il-President ta’ Malta l-E.T. Dr Eddie Fenech Adami illum iltaqa’ ma’ grupp ta’ emigranti Maltin li bħalissa qegħdin għall-btala f’Malta  

Il-President esprima l-pjaċir tiegħu għal din iż-żjara ta’ kortesija li issa saret avveniment annwali.  Il-President sejjaħ lil dawn il-Maltin li qed jgħixu barra minn xtutna bħala ambaxxaturi ta’ dik li hija l-identita’ Maltija u saħaq fuq l-importanza li ngħożżu l-valuri li jiddistingwuna bħala Maltin.  

Huwa żied jgħid li dawn il-Maltin, huma l-konferma tar-rabta li żammew ma’ Malta u mal-kultura u t-tradizzjonijiet Maltin.  

Il-Monsinjur Philip Calleja u Fr. Alfred Vella li kienu qegħdin jakkumpanjaw il-grupp, irringrazzjaw lill-President f’isem l-emigranti Maltin għall-laqgħa tagħhom fil-Palazz il-Belt, Valletta.   

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow