Left arrow Mur Lura

EMENDA KOSTITUZZJONALI SABIEX IL-KARIGA TA’ L-OMBUDSMAN TIĠI MDAĦĦLA FIL-KOSTITUZZJONI TA’ MALTA

PR1174
Date Icon 23/08/2006

L-Aġent Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern Tonio Borg ippubblika l-emenda kostituzzjonali, li ntbagħtet lill-Oppożizzjoni f’Jannar 2006, li biha l-kariga ta’ Ombudsman tiġi ntrodotta fil-Kostituzzjoni. 

L-Aġent Prim Ministru ppubblika din l-emenda waqt Konferenza Stampa dalgħodu.  L-emenda ddaħħal fil-Kostituzzjoni l-kariga ta’ Ombudsman u tiddeskrivi b’mod ġenerali l-funzjonijiet attwali tiegħu. 

Bis-saħħa ta’ din l-emenda qed jiġi wkoll propost illi biex titneħħa l-kariga ta’ Ombudsman, ikun hemm bżonn ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tad-Deputati Parlamentari, u b’hekk din l-emenda tiġi “entrenched” fil-Kostituzzjoni, jiġifieri biex tinbidel trid maġġoranza kwalifikata ta’ żewġ terzi. 

Seba’ xhur wara li din l-emenda ġiet mgħoddija lill-Oppożizzjoni, il-Gvern ma rċieva  ebda risposta jew reazzjoni. 

Sabiex din l-emenda tgħaddi trid il-kunsens ukoll ta’ l-Oppożizzjoni, għax teħtieġ l-approvazzjoni ta’ żewġ terzi tad-Deputati Parlamentari. 

Il-Gvern għalhekk appella lill-Oppożizzjoni biex tesprimi r-reazzjoni tagħha għal din l-emenda; iktar u iktar meta wieħed iqis illi xi Deputati Laburisti fil-Parlament kienu qablu mar-Rapport ta’ l-Ombudsman li kien irrakomanda li din l-emenda ssir. 

(+ittri pr1174a, 
pr1174b, 
pr1174c.jpg format)

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow