Left arrow Mur Lura

KONSULTAZZJONI PUBBLIKA – RAPPORT NAZZJONALI FUQ STRATEĠIJI DWAR IL-PROTEZZJONI SOĊJALI U L-INKLUŻJONI SOĊJALI

PR1173
Date Icon 23/08/2006

Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali flimkien mal-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jistiednu lill-pubbliku biex jipparteċipa f’konsultazzjoni dwar ir-Rapport Nazzjonali fuq Strateġiji dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali.

Dan ir-rapport jinkorpora erba’ oqsma li l-għan tagħhom huwa li jfassal strateġija nazzjonali fuq diversi setturi li jirrigwardjaw il-promozzjoni ta’ l-inklużjoni soċjali. Dawn l-erba’ oqsma huma: l-Istrateġija Ġenerali, il-Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni dwar l-Inklużjoni Soċjali, ir-Rapport Nazzjonali ta’ Strateġija dwar il-Pensjonijiet, u l-Istrateġiji Nazzjonali dwar is-Saħħa u l-Kura fit-Tul. Wieħed jista’ jniżżel dan id-dokumenti  billi jżur il-website www.mfss.gov.mt

Il-perjodu ta’ konsultazzjoni jiftaħ nhar il-Ħamis, 24 ta’ Awissu u l-pubbliku huwa mistieden jibgħat il-kummenti tiegħu sa nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ Settembru. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu bl-email lilsocialinclusion@gov.mt jew bil-posta ndirizzati lil Uffiċċju għall-Inklużjoni Soċjali, Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Palazzo Ferreria, 310, Triq ir-Repubblika, il-Belt, CMR 02.

Għall-aktar tagħrif il-pubbliku jista’ jikteb lil Uffiċjali għall-Inklużjoni Soċjali fi ħdan il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali fuq socialinclusion@gov.mt jew iċempel fuq 2590-3217 jew 2590-3219.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow