L-ISTAĠUN TAL-KAĊĊA FIL-ĦARIFA
PR1169
22/08/2006
B’riferenza għal xi rapporti li dehru f’sezzjoni ta’ l-istampa lokali, l-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent itenni li sa’ llum għadu ma rċieva ebda sottomissjoni mill-kumitat Ornis dwar suġġerimenti għad-dati ta’ l-istaġun lokali tal-kaċċa fil-ħarifa.
Il-Ministeru jkun jista’ jieħu pożizzjoni dwar l-istaġun tal-kaċċa ġaladarba jirċievi u jevalwa din il-komunikazzjoni mill-kumitat Ornis. Id-dati ta’ l-istaġun tal-kaċċa fil-ħarifa jkunu mħabbra f’Avviż Legali li jkun pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern.
Ta’ min ifakkar li l-kumitat Ornis għandu bħala priorita’ li jistabbilixxi d-dati għall-istaġun tal-kaċċa fil-ħarifa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958