Left arrow Go Back

IS-“SHARING” TA’ DROGA MHUX IKTAR KASTIGAT B’ĦABS BIL-FORS

PR1167
Date Icon 21/08/2006

B’effett mil-lum, is-“sharing” ta’ droga, jiġifieri l-fatt illi żewġ persuni jaqsmu bejniethom ammonti żgħar ta’ droga li ma tkunx intenzjonata għal traffikar, għalkemm ser jibqa’ reat kastigat bil-ħabs, mhux ser ikun hemm il-pieni ta’ ħabs bil-fors u l-ġudikamt ikun jista’ japplika pieni oħra.  Dan japplika biss jekk il-ġudikant ikun konvint  illi miċ-ċirkostanzi kollha tal-każ bħal ammont u tip  ta’ droga, fedina penali ta’ l-akkużat, id-droga ma kenitx intenzjonata għal traffikar iżda sabiex titqassam “sharing” bejn persuni li jikkonsmaw iktar milli jittrafikaw id-droga; barra minn dan il-persuna akkużata tista’ tibbenefika minn din l-emenda darba biss.

Din l-emenda ġiet approvata l-ewwel mid-Drug Forum li kien presedut mill-Prof. Guido De Marco u issa mill-President ta’ Malta Dr Eddie Fenech Adami.  Dan il-Forum jiġbor fih l-għaqdiet u istituzzjonijiet kollha involuti fil-qasam tal-ġlieda kontra d-droga.   Imbagħad, din l-emenda ġiet approvata wkoll mill-Kumitat ta’ l-Affarijiet Soċjali tal-Kamra tad-Deputati.

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern Tonio Borg kien qal pubblikament kemm-il darba illi hu kien favur din l-emenda u talab lill-partijiet kollha tas-soċjetà ċivili biex jagħmlu front wieħed favur din l-emenda; anki l-Oppożizzjoni iddikjarat ruħha favur din l-emenda.

Din l-emenda tassigura illi filwaqt li t-traffikanti ta’ droga  jiġu kastigati b’piena karċerarja tassativa, dawk li huma vittmi ta’ droga jingħataw trattament differenti.

B’effett mil-lum ukoll daħlu fis-seħħ ir-reat aggravat ta` mibegħda razzjali, jiġifieri illi r-reati fuq il-persuna jew kontra l-proprjeta` tiżdidilhom il-piena jekk mnebbħin minn mibegħda razzjali.

B’effett ukoll mil-lum, il-piena ta’ ħabs ma tibqax tgħodd f`każ ta’ libell sempliċi fil-proċeduri kriminali taħt il-Liġi ta` l-Istampa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow