MIĊĦUDA ALLEGAZZJONI TA’ L-OPPOŻIZZJONI
L-istqarrija tal-Kelliemi ta` l-Oppożizzjoni dwar il-Kunsilli Lokali, l-Onor. Chris Cardona dwar il-Kunsilli Lokali tat-18 ta’Awissu ma titwemminx.
L-Onor. Chris Cardona jgħid illi l-Oppożizzjoni ma rċeviet ebda risposta dwar il-kwistjoni tar-rappresentanza fl-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Dan assolutament m’hu minnu xejn. Anzi huwa veru proprju bil-maqlub.
Fil-fatt, il-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Tonio Borg f`April 2006, kiteb lill-Oppożizzjoni u ħemez ma` l-ittra abbozz ta` emenda li tiggarantixxi li l-partit li jġib maġġoranza ta` kunsillieri, jiġi lilu assigurat il-maġġoranza ta` siġġijiet fl-Esekuttiv ta`l-Assoċjazzjoni.
Minn dik in-nhar sal-lum, l-ittra tal-Viċi Prim Ministru qatt ma ġiet imwieġba mill-Oppozizzjoni. Malli l-Oppożizzjoni twieġeb bil-miktub għal din l-ittra jkunu jistgħu jsiru l-emendi neċessarji.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958