L-MTA BI PROGRAMM SPECJALI TA’ TINDIF GHAX-XHUR TAS-SAJF
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech, waqt l-“Oil Pollution Awareness Campaign” fil-Ġonna Indipendenza, Tas-Sliema, qal li ingredjent importanti biex pajjiżna jattira aktar turisti kien l-indafa. Hu qal li l-Gvern kien qed jagħmel ħiltu biex pajjiżna jinżamm nadif iżda kienet meħtieġa l-kooperazzjoni ta’ kulħadd.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura kien responsabbli mit-tindif tal-bajjiet u minn tindif ta’ skart f’wiċċ il-baħar. Hu qal li mis-sena l-oħra l-Ministeru, permezz ta’ l-Awtorità għat-Turiżmu ta’ Malta, beda jagħti servizz speċjali ta’ tindif u ġbir ta’ l-iskart fix-xhur tas-Sajf f’inħawi turistiċi.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li dan is-servizz, li din is-sena ser jiswa lill-MTA Lm47,000, qed jingħata apparti dak li jingħata mill-Kunsilli Lokali. Hu qal li dan is-servizz addizzjonali jitwettaq bejn il-15 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Settembru.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li ż-żamma tal-pajjiż fi stat ta’ indafa kienet priorita’ assoluta jekk ridna nagħtu dehra tajba ta’ pajjiżna lil dawk kollha li jżuruna. Hu qal li fi żmien meta il-kompetizzjoni fil-qasam turistiku kienet waħda iebsa ridna noffru prodott aħjar u l-indafa kienet ingredjent ewlieni.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura appella għas-sens ċiviku tal-poplu Malti. Hu tenna li jekk kulħadd jiġbed ħabel wieħed, fl-istess direzzjoni, ma kellux dubbju li s-settur turistiku seta’ jirpilja.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958