GHAJNUNA UMANITARJA
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jinforma lill-pubbliku li l-għajnuna umanitarja li ntbagħtet lejn il-Lebanon ftit tal-jiem ilu, waslet illum fid-destinazzjoni tagħha u bdiet titqassam minn uffiċjali ta’ l-Għajnuna Umanitarja li jinsabu fil-Lebanon.
L-oġġetti li ntbagħtu jikkonsistu fi:
Ikel tat-trabi
Ikel fil-laned
Gvieret
Ilma u energy drinks
Medical equipment
Gallettini
Id-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili jixtieq jirringrazzja lill-pubbliku talli għal darb’oħra kkontribwixxa sostanzjalment sabiex tinbagħat din l-għajnuna.
Ringrazzjament partikolari jingħata lis-Sindki tal-Kunsilli Lokali kollha madwar Malta u Għawdex tal-kooperazzjoni li wrew sabiex jinġabru dawn id-donazzjonijiet fil-bini tal-Kunsilli Lokali.
Ta’ min isemmi ukoll il-kontribut ta’ l-uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili, voluntiera, Ministeru tal-Ġustizzja u Intern kif ukoll Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin li flimkien ħadmu bis-sħiħ għal dan il-għan.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958