Left arrow Go Back

GHAJNUNA UMANITARJA

PR1162
Date Icon 18/08/2006

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jinforma lill-pubbliku li l-għajnuna umanitarja li ntbagħtet lejn il-Lebanon ftit tal-jiem ilu, waslet illum fid-destinazzjoni tagħha u bdiet titqassam minn uffiċjali ta’ l-Għajnuna Umanitarja li jinsabu fil-Lebanon.

L-oġġetti li ntbagħtu jikkonsistu fi:

Ikel tat-trabi

Ikel fil-laned

Gvieret

Ilma u energy drinks

Medical equipment

Gallettini

Id-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili jixtieq jirringrazzja lill-pubbliku talli għal darb’oħra kkontribwixxa sostanzjalment sabiex tinbagħat din  l-għajnuna. 

Ringrazzjament partikolari jingħata lis-Sindki tal-Kunsilli Lokali kollha madwar Malta u Għawdex tal-kooperazzjoni li wrew sabiex jinġabru dawn id-donazzjonijiet fil-bini tal-Kunsilli Lokali.

Ta’ min isemmi ukoll il-kontribut ta’ l-uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili, voluntiera, Ministeru tal-Ġustizzja u Intern kif ukoll Ministeru ta’ l-Affarijiet  Barranin li flimkien ħadmu bis-sħiħ għal dan il-għan.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow