IL-PROĠETT TAL-PERCHED BEACH F’BUĠIBBA
B’referenza għall-kumment li ta s-Sur Mark Causon ta’ l-Alternattiva Demokratika dwar l-isbokk ta’ drenaġġ faċċata tal-perched beach f’Buġibba li deher f’sezzjoni ta’ l-istampa, hu assolutament mhux minnu li s-sistema tad-drenaġġ indifnet taħt ir-ramel biex il-problema tintesa. Is-Sur Causon messu iċċekja qabel għaġġel fil-konklużjonijiet tiegħu u qabel ta informazzjoni żbaljata li tagħmel ħsara lis-settur turistiku.
Il-fatti huma dawn: Bħala parti mill-proġett għall-perched beach il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura ddeċieda li biex ma jmurx aktar drenaġġ fil-baħar minn boathouses li hemm fl-inħawi jqabbad is-sistemi tad-drenaġġ ta’ l-istess boathouses ma’ sentina li nbniet biex tieħu d-drenaġġ tal-Public Convenience li saret bħala parti mill-perched beach.
Meta l-‘Environment Health Unit’ tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ħarġet avviż li ma setax isir għawm faċċata tal-perched beach il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura nvestiga x’kien qed iwassal biex id-drenaġġ qed jisbokka fil-baħar. Instab pajp tad-drenaġġ ta’ tnejn mill-boathouses li kien qed jisbokka direttament fil-baħar.
Minħabba li l-kuntrattur li qed jaħdem fuq dan il-proġett bħalissa jinstab bix-shutdown, il-pajp inqata’ u intefa’ fuq kanal li tħaffer apposta b’mod temporanju biex jieħu dan id-drenaġġ fis-sentina. Il-kanal tgħatta bil-bricks biex ma jkunx hemm inkonvenjent. Sadattant is-sentina qed titbattal filgħodu u filgħaxija biex ma jkunx hemm sbokki ta’ drenaġġ fil-baħar.
Wara din l-operazzjoni u wara li saru l-analiżi meħtieġa, id-Dipartiment tas-Saħħa kkonferma lill-Ministeru li l-baħar faċċata tal-perched beach f’Buġibba hu issa rrikmandat biex isir għawm fih.Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958