Left arrow Go Back

“POŻIZZJONI PERFETTA” GĦAŻ-ŻEWĠ VAPURI LI ĠEW MGĦARRQA FIL-BAJJA TAX-XATT L-AĦMAR

PR1158
Date Icon 17/08/2006

L-mv Karwela u l-mv Cominoland strieħu f’pożizzjoni perfetta f’qiegħ il-baħar, 35 metru ’l isfel mil-livell tal-baħar, fil-bajja tax-Xatt l-Aħmar, wara operazzjoni twila sabiex iż-żewġ vapuri ġew mgħarrqa nhar is-Sibt, bl-involviment ta’ teknika li ntużat għall-ewwel darba f’Malta.

Bugħaddasa li kienu qed jissorveljaw l-operazzjoni ta’ l-għarqa ċċekkjaw il-pożizzjoni tal-vapuri hekk kif niżlu f’qiegħ il-baħar kif ukoll din il-ġimgħa. Huma kkonfermaw li ż-żewġ vapuri niżlu f’”pożizzjoni wieqfa u perfetta” u allura issa nbidlu f’żewġ attrazzjonijiet ta’ taħt il-baħar li mistennija jtejbu bis-sħiħ il-prodott turistiku marbut ma’ l-għadds f’Għawdex.

Is-sit tax-Xatt l-Aħmar intuża minħabba li mhuwiex mogħni b’attrazzjonijiet naturali taħt il-baħar u għaliex huwa kenni mill-ħafna rjiħat li normalment jagħmlu inaċċessibbli ż-żoni popolari tad-Dwejra u Marsalforn.

L-għarqa ta’ dawn iż-żewġ vapuri tifforma parti mill-proġett Niche Tourism for the Island of Gozo, bl-investiment ta’ €1.3 miljun permezz tal-Fondi Strutturali għal Malta 2004-2006, speċifikament permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Minbarra l-għarqa ta’ dawn il-vapuri, il-proġett jinvolvi wkoll it-twaqqif ta’ decompression chamber fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, it-twettieq ta’ master plan għal dan is-settur u t-twettieq ta’ kampanja pubbliċitarja barra minn Malta biex tirreklama lil Għawdex bħala destinazzjoni għall-għadds fil-media internazzjonali. L-elementi kollha tal-proġett se jiġu fi tmiemhom sa l-aħħar ta’ din is-sena.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow