Left arrow Mur Lura

SUMMER ON THE MOVE – PROGRAMM SPORTIV TAL-KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORT

PR1156
Date Icon 14/08/2006

Bħalissa qed jiġi organizzat il-programm ta’ attivitajiet sportivi ‘Summer on the Move’ tal-Kunsill Malti għall-iSport (KMS).  Il-programm li fih qed jipparteċipaw aktar minn 300 persuna hu maħsub għal tfal u żgħażagħ biex tul ix-xhur tas-sajf jipparteċipaw f’attivitajiet sportivi bħall-għawm, ibburdjar u oħrajn. 

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea żar il-Vikings Sailing Club li għal darb’ oħra qed jmexxi l-programm ta' l-Ibburdjar (Sailing) għall-KMS. 'Il fuq minn 50 tifel u tifla bejn 10 snin u sittax-il sena qed jippartecipaw f'din l-iskema fejn it-taħriġ fuq id-dgħajjes tal-qlugħ isir mit-Tnejn sa l-Erbgħa mit-8.30 ta’ filgħodu san-nofs siegħa. 

It-tfal li jattendu mhux biss jiġu mgħallma kif isuqu dawn id-dgħajjes bil-qlugħ, iżda jiġu mħarrġa f'dak kollu li għandu x'jaqsam mal-baħar inkluż tagħrif dwar regolamenti tal-baħar. 

L-uffiċjali tal-Vikings Sailing Club irringrazzjaw lill-Ministru għall-għajnuna li qed jagħtihom meta poġġa għad-disposizzjoni tal-Klabb il-faċilitajiet ta’ l-iskola nawtika fil-Floriana li hi uzata wkoll mill-Istitut Marittimu ta’ l-MCAST. Dawn il-faċilitajiet huma idejali għal taħriġ fl-isport ta’ l-ibburdjar. Il-Vikings Sailing Club twaqqaf fl-1984 u hu wieħed mill-Klabbs l-aktar organizzati b’numru sabiħ ta’ familji li huma membri. 

Il-Ministru Galea, li hu responsabbli għall-isports, irringrazzja lill-Kumitat tal-Klabb għas-sehem tagħhom fil-programm tal-KMS li jħarreġ tfal u żgħażagħ fl-isport ta’ l-ibburdjar. Huwa qal li l-Gvern japprezza ħafna l-ħidma ta’ dawn il-klabbs u ta’ l-entużjażmu kbir tagħhom biex imexxu ’l quddiem din id-dixxiplina sportiva. Il-Ministru ddiskuta l-iżvilupp intern li l-Klabb diġa` wettaq fil-bini li l-Gvern silifhom kif ukoll il-pjanijiet għall-iżvilupp futur.  

Il-ġimgħa d-dieħla bejn it-18 u l-20 t'Awissu, dawn l-istudenti ser jipparteċipaw ukoll f'maratona ta' 50 siegħa sailing li ser tiġi organizzata mill-Vikings Sailing Club fejn il-fondi kollha li se jinġabru ser imorru għall-Multiple Sclerosis Society.  Il-pubbliku huwa mistieden biex jattendi, jagħti donazzjoni u jmur dawra fil-port ta' Marsamxett fuq id-dinghies misjuqa mill-instructors u nies oħra t'esperjenza.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow