TIDĦOL FIS-SEĦĦ IL-LIĠI ĠDIDA DWAR L-ARMI
B`konsultazzjoni sħiħa ma’ l-għaqdiet ta` l-isportivi ta` l-armi kif ukoll il-kolletturi, għada l-15 t’Awwissu tidħol fis-seħħ il-liġi ġdida dwar l-armi.
Din il-ligi tinkoraġixxi u tgħin il-persuni u ghaqdiet li jipprattikaw l-isport f`Malta ta` tiri f`shooting ranges liċenzjati; tagħmilha iktar faċli għalihom biex jipprattikaw l-isport tagħhom anki għal skopijiet ta` kompetizzjonijiet barra minn Malta; f`każijiet eċċezzjonali anki tippermetti zgħazagħ illi jipparteċipaw f`dan l-isport taħt superviżjoni stretta bħalma jagħmlu żgħażagħ f`pajjiżi oħra. Liċenzji għal target shooting jintrabtu b`kondizzjoni ta’ sħubija f’għaqda marbuta ma` dan l-isport.
Il-Liġi tgħin ukoll lill-kolleturi ġenwini; dawn se jipprattikaw in-namra tagħhom f`qafas legali illi jgħinhom u jaġevolahom u jestendi t-tip ta’ armi li jistgħu jġemmgħu u li jkunu antiki, artistiċi rari jew storiċi.
Fl-istess ħin il-ligi saret iktar iebsa fil-konfront ta’ dawk li jabbużaw mill-użu ta’ armi, u tikkontrolla aħjar l-għoti ta’ liċenzji beix wieħed iġorr arma tan-nar.
Fl-aħħarnett il-liġi twaqqaf Bord dwar l-Armi li se jingħata funzjonijiet ħafna iktar minn qatt qabel, inkluż il-fatt illi jagħti pariri fl-għoti ta’ liċenzji lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex tiġi garantita professjonalità u serjetà fil-hruġ ta’dawn il-liċenzji.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958