Left arrow Go Back

TIDĦOL FIS-SEĦĦ IL-LIĠI ĠDIDA DWAR L-ARMI

PR1155
Date Icon 14/08/2006

B`konsultazzjoni sħiħa ma’ l-għaqdiet ta` l-isportivi ta` l-armi kif ukoll il-kolletturi, għada l-15 t’Awwissu tidħol fis-seħħ il-liġi ġdida dwar l-armi.

Din il-ligi tinkoraġixxi u tgħin il-persuni u ghaqdiet li jipprattikaw l-isport f`Malta ta` tiri f`shooting ranges liċenzjati; tagħmilha iktar faċli għalihom biex jipprattikaw l-isport tagħhom anki għal skopijiet ta` kompetizzjonijiet barra minn Malta; f`każijiet eċċezzjonali anki tippermetti zgħazagħ illi jipparteċipaw f`dan l-isport taħt superviżjoni stretta bħalma jagħmlu żgħażagħ f`pajjiżi oħra. Liċenzji għal target shooting jintrabtu b`kondizzjoni ta’ sħubija f’għaqda marbuta ma` dan l-isport.

Il-Liġi tgħin ukoll lill-kolleturi ġenwini; dawn se jipprattikaw in-namra tagħhom f`qafas legali illi jgħinhom u jaġevolahom u jestendi t-tip ta’ armi li jistgħu jġemmgħu u li jkunu antiki, artistiċi rari jew storiċi. 

Fl-istess ħin il-ligi saret iktar iebsa fil-konfront ta’ dawk li jabbużaw mill-użu ta’ armi, u tikkontrolla aħjar l-għoti ta’ liċenzji beix wieħed iġorr arma tan-nar.

Fl-aħħarnett il-liġi twaqqaf Bord dwar l-Armi li se jingħata funzjonijiet ħafna iktar minn qatt qabel, inkluż il-fatt illi jagħti pariri fl-għoti ta’ liċenzji lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex tiġi garantita professjonalità u serjetà fil-hruġ ta’dawn il-liċenzji.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow