Left arrow Mur Lura

SEGRETARJA STAMPA ĠDIDA FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

PR1152
Date Icon 12/08/2006

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru appunta lil Ms Josephine Vassallo bħala Segretarja Stampa u Komunikazzjoni.  Ms Vassallo għandha esperjenza vasta fis-setturi tal-komunikazzjoni, u matul l-aħħar erbgħa snin mexxiet l-uffiċċju tal-Malta Enterprise f’Pariġi.

Qabel Pariġi, Ms Vassallo mexxiet għal ħames snin it-Taqsima tas-Sales and Marketing­ ta’ l-iStandard Publications Ltd., wara li bdiet il-karriera tagħha f’dan il-qasam ma’ Associated News Ltd.

Matul l-erbgħa snin f’Pariġi, Ms Vassallo kienet responsabbli li tattira investiment barrani, tippromwovi l-kummerċ u li toħloq portafoll ta’ klijenti.  Bħala parti mix-xogħol tagħha, hi organizzat diversi żjarat kemm lejn Malta kif ukoll ‘l barra minn Malta għal uffiċjali tal-Gvern, persuni interessati li jinvestu f’Malta, ġurnalisti minn fost l-aktar media importanti Franċiża, attivitajiet biex tippromwovi prodotti lokali, missjonijiet ta’ kummerċ,  kif ukoll għenet esportaturi Maltin biex jidħlu fis-suq Franċiż.

Ms Vassallo preżentement qed tistudja r-Relazzjonijiet Internazzjonali u d-Diplomazija fis-Centre d'Etudes Diplomatiques et Strategiques, Pariġi.

Ms Vassallo ser tibda tokkupa din il-kariga mill-1 ta’ Settembru 2006.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow