Left arrow Go Back

“IL-GVERN DETERMINAT LI BIL-PROPOSTI TIEGĦU GĦALL-BUDGET ISAĦĦAĦ L-ATTIVITA’ KUMMERĊJALI.” – IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO

PR1150
Date Icon 11/08/2006

“In-negozji żgħar u s-self-employed ser ikunu mill-iżjed li jgawdu mill-inizjattivi li l-Gvern qed jaħseb li jieħu fil-Budget li ġej biex l-ekonomija tal-pajjiż tkompli tikber.”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo meta kien qiegħed jitkellem  f’laqgħa ma’ numru ta’ self-employed.

L-Onor. Vassallo kompla jgħid kif dan “id-dokument ta’ qabel il-Budget ‘Ġejjieni fis-sod’ qed juri d-determinazzjoni tal-Gvern biex isaħħaħ l-attivita’ kummerċjali u hekk jikber il-ġid li kapaċi jinħoloq minn kull min qiegħed fil-kummerċ u fl-industrija.  Huwa kkalkulat li 96% mill-intrapriżi li jagħmlu l-attivita’ kummerċjali f’pajjiżna huma negozji żgħar li jħaddmu inqas minn għaxar ħaddiema.  Dawn in-negozji huma mferrxa f’diversi setturi tal-kummerċ u meta l-Gvern qed jaħseb li jieħu miżuri biex l-ekonomija tal-pajjiż tkompli tikber, dan ifisser li l-Gvern qed jara kif ikompli jkabbar l-attivita’ kummerċjali li ovvjament l-ewwel li tgawdi minnha hija l-persuna li qiegħda fin-negozju.

“Ovvjament l-attivita’ kummerċjali tkompli tikber meta l-konsumatur jibqa’ jiġi mgħejjun,  ikun aktar konfidenti fis-saħħa ta’ flusu u b’moħħ aktar mistrieħ ikompli jonfoq aktar.  Għalhekk tajjeb li issa f’pajjiżna jkollna diskussjoni bbażata fuq dan id-dokument biex wara, bħala Segretarjat inkunu nistgħu nwasslu s-suġġerimenti u proposti tas-settur għal ekonomija li kapaċi tiġġenera aktar kummerċ u negozju.

“Il-proposti imħabbra fid-dokument ta’ qabel il-budget huma maħsuba biex joħolqu aktar flus fl-idejn, filwaqt li bil-miżuri li l-Gvern jieħu huwa jibqa’ jikkontrolla d-deficit u jara li dan jibqa’ konformi mal-kriterji ta’ l-Unjoni Ewropea.  Dan ifisser li l-ekonomija tagħna kapaċi tkompli tikber mingħajr ma jintilef xejn minn dak li ntrebaħ fil-passat .”

“La darba l-finanzi tal-pajjiż huma fis-sod u taħt il-kontroll, allura l-Gvern jista’ jkompli bil-pjan tiegħu għat-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż u bid-direzzjoni li joffri permezz tal-budget ta’ kull sena jsaħħaħ l-ekonomija tal-pajjiż skond x’ikun qed iseħħ fl-ekonomija globalizzata.”

F’din il-laqgħa tiegħu ma’ numru ta’ self-employed u sidien ta’ negozji żgħar is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo tkellem dwar:

1.         Il-bidla dwar il-bands tat-taxxa fuq id-dħul

2.         L-introduzzjoni ta’ benefiċċju fuq l-enerġija għall-familji bi dħul baxx

3.         Il-bdil tal-kontribuzzjoni minn waħda nazzjonali għal waħda pro rata għal part-timers

4.         Li nisa miżżewġa jitħallew jaħdmu fin-negozji ta’ self-employed

5.         Is-sostenn lill-industrija u t-turiżmu, u diversi inizjattvi oħra li dan id-dokument poġġa għad-diskussjoni.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ħabbar kif is-Segretarjat ser ikun qiegħed jorganizza numru ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni maħsuba biex issir diskussjoni aktar fid-dettal dwar dawn il-proposti.  Din id-diskussjoni ser issir ukoll b’konnessjoni mal-preżentazzjoni tal-Pjan ta’ Ħidma “Miftuħa għan-negozju”.

Fi tmiem id-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari qal: “Il-Gvern għandu direzzjoni ċara ta’ fejn irid jasal.  Dan il-Gvern għandu pjan ta’ ħidma li jżommu qrib tas-self employed u jrid jara lill-poplu moqdi b’suq li f’ekonomija kompetittiva, jkun kapaċi joffi l-aħjar valur ta’ flus għal dak li jintefaq”.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow