Left arrow Mur Lura

IL-ĠENITURI HUMA KRUĊJALI FL-IŻVILUPP EDUKATTIV

PR1148
Date Icon 11/08/2006

Waqt attività ta’ Skolasajf fl-iskola primarja ta’ Ħaż-Żabbar, fejn kien qed jiġi ċċelebrat jum dwar il-ħarsien ta’ l-annimali, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea appella lill-bosta ġenituri preżenti biex ikomplu jappoġġjaw lill-uliedhom fl-edukazzjoni tagħhom, biex jieħdu aktar interess u rwol attiv fl-attivitajiet fl-iskola u biex jikkunsidraw l-investiment fl-edukazzjoni bħala l-aħjar senduq li jistgħu jħallu lil uliedhom. 

Huwa spjega li l-Gvern għaraf li l-Edukazzjoni hi l-aħjar investiment li jista’ jwettaq fil-poplu Malti u qed iwettaq riforma biex titjieb il-kwalità ta’ l-esperjenza edukattiva u fl-istess ħin qed jinvesti bil-qawwi fid-diversi saffi ta’ l-edukazzjoni.

Il-Ministru qal dan waqt attivita’ favur il-ħarsien ta’ l-annimanli li saret fl-iskola primarja ta’ Ħaż-Żabbar kif ukoll fiċ-ċentri kollha ta’ skola sajf madwar Malta u Għawdex.  F’dan il-jum jitħejjew attivitajiet għat-tfal u l-ġenituri tagħhom dwar l-imħabba għall-annimali u l-bżonn li dawn ma jinħaqrux.  Il-Ministru Galea qal li ir-rispett lejn l-annimali u l-ambjent hu dmir ta’ kull wieħed u waħda minnha u filwaqt li t-tfal jiġu mgħallma jirrispettaw l-ambjent u l-annimali, dan ir-rispett m’għandux jispiċċa meta nsiru adulti.  Louis Galea qal li r-rispett li nuru lejn l-ambjent ta’ madwarna u lejn ħlejjaq oħra juri kemm inkunu evoluti bħala bnedmin filwaqt li dan in-nuqqas ta’ rispett juri kemm inkunu għadna lura fl-iżvilupp soċjali tagħna.

Għal din l-attività attendew numru kbir ta’ ġenituri tat-tfal li qed jattendu l-programm ta’ skola sajf għal din is-sena.  Louis Galea tkellem mal-ġenituri dwar ir-riforma fil-qasam edukattiv u spjega kif fis-sena li għaddiet sar esperiment bi tlett kulleġġi fejn ġew reġistrati ħafna żviluppi pożittivi ferm. 

Hu spjega kif it-tranżizzjoni bejn il-livell primarju u dak sekondarju qed issir b’anqas skossi u b’mod li l-iskejjel sekondarji jkunu jafu ferm aktar dwar l-istudenti li se jidħlu fl-iskola tagħhom fis-sena skolastika li jmiss u l-istudenti jkollhom idea aktar ċara ta’ fejn se jmorru. 

Huwa sostna li hekk kif il-kulleġġi jissaħħu u jsiru aktar awtonomi, il-ġenituri se jkollhom rwol aktar importanti biex flimkien mal-kapijiet ta’ l-iskejjel u l-għalliema jmexxu l-kulleġġ ta’ skejjel ’il quddiem.  Il-Ministru Galea qal li s-sena skolastika li jmiss l-iskejjel kollha tal-Gvern se jiġu minsuġa f’networks biex ilkoll jibdew jaħsdu l-frott li jiġi minn ko-operazzjoni tajba bejn l-iskejjel.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow