JITWAQQAF IL-KUMITAT ORNIS
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent iħabbar it-twaqqif tal-kumitat ORNIS wara konsultazzjoni mal-partijiet konċernati.
Il-Kumitat ORNIS twaqqaf taħt ir-Regolamenti ta’ l-2006 dwar il-Konservazzjoni ta’ l-Għasafar Selvaġġi (Avviż Legali 79 ta’ l-2006) u għandu diversi funzjonijiet li jittrattaw id-delizzji tal-kaċċa u l-insib u l-ħarsien ta’ l-għasafar.
Il-Kumitat ORNIS għandu bħala Chairman lil Dr Tonio Azzopardi, filwaqt li bħala membri għandu lil Ms Sharon Cassar, Prof. Mario Vassallo u s-Sur Dione Mifsud.
Il-Kumitat jinkludi wkoll żewġ rappreżentanti kull wieħed mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti u mill-Birdlife Malta. Il-Kumitat jinkludi wkoll espert dwar l-Avifauna li hu s-Sur Joe Sultana u espert dwar il-kaċċa u t-teħid ta’ l-għasafar li hu s-Sur Aldo E Azzopardi.
Ir-rappreżentant l-ieħor fuq il-kumitat ORNIS huwa d-Direttur għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent tal-MEPA.
It-terminu tal-ħatra tal-kumitat ORNIS huwa ta’ sena.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958