IL-MINISTERU TAS-SAĦĦA. L-ANZJANI, U KURA’ FIL-KOMUNITA’, IWIEĠEB GĦALL-KUMMENTI TAL-KAP TA’ L-OPPOŻIZZJONI FUQ L-ISPTAR MATER DEI
Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jinnota l-mod artifiċjali li bih il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni kkummenta fuq l-Isptar Mater Dei f’konferenza quddiem l-Isptar il-ġdid. Dan bir-raġun għaliex Dr.Alfred Sant minn dejjem kien kontra li l-poplu Malti jkollu sptar ġdid.
Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni għandu ħabta jitfa’ ċifri u statements mingħajr ma jissostanzja dak li jgħid. Dr. Sant ikun kredibbli meta jgħid min fejn ikun ġab l-informazzjoni. Dejjem jinħeba wara l-frażi “minn informazzjoni li għandi”. Il-kredibiltà takkwistaha billi tikkwota s-sors ta’ l-informazzjoni, ħaġa li l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni dejjem jevita li jagħmel.
Bid-dikjarazzjonijiet tiegħu dwar il-pjan ta’ migrazzjoni l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni jidher li lanqas biss jaf x’jinvolvi pjan ta’ migrazzjoni u li dan diġà beda.
Bħalissa dan il-pjan wasal fl-istadju fejn il-professjonisti u l-ħaddiema ta’ l-Isptar qegħdin jittieħdu Mater Dei biex jiffamiljarizzaw ruħhom ma’ l-ambjent u l-apparat il-ġdid. Fi pjan vast bħal dak ta’ migrazzjoni minn sptar għall-ieħor mhux possibbli li tkun riġidu imma l-pjanijiet iridu jkun fluwidi biex tkun tista’ tilqa’ għall-kumplessità taċ-ċaplieq min-naħa għall-oħra.
Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni qiegħed f’pożizzjoni komda li jikkritika mingħajr ebda responsabbiltà tad-deċiżjonijiet. Jirriżulta mir-risposti għad-domandi li sarulu mill-ġurnalisti li se jagħmel pjan strateġiku fit-tul għall-Mater Dei. Meta mistoqsi jekk dan il-pjan hux lest hu wieġeb li l-pjan għad irid isir. Pjanijiet fuq pjanijiet imma xejn konkret.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958