Left arrow Go Back

IL-MINISTERU TAS-SAĦĦA. L-ANZJANI, U KURA’ FIL-KOMUNITA’, IWIEĠEB GĦALL-KUMMENTI TAL-KAP TA’ L-OPPOŻIZZJONI FUQ L-ISPTAR MATER DEI

PR1143
Date Icon 09/08/2006

Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jinnota l-mod artifiċjali li bih il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni kkummenta fuq l-Isptar Mater Dei f’konferenza quddiem l-Isptar il-ġdid.  Dan bir-raġun għaliex Dr.Alfred Sant minn dejjem kien kontra li l-poplu Malti jkollu sptar ġdid.

Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni għandu ħabta jitfa’ ċifri u statements mingħajr ma jissostanzja dak li jgħid.  Dr. Sant ikun kredibbli meta jgħid min fejn ikun ġab l-informazzjoni.  Dejjem jinħeba wara l-frażi “minn informazzjoni li għandi”.  Il-kredibiltà takkwistaha billi tikkwota s-sors ta’ l-informazzjoni, ħaġa li l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni dejjem jevita li jagħmel.

Bid-dikjarazzjonijiet tiegħu dwar il-pjan ta’ migrazzjoni l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni jidher li lanqas biss jaf x’jinvolvi pjan ta’ migrazzjoni u li dan diġà beda.

Bħalissa dan il-pjan wasal fl-istadju fejn il-professjonisti u l-ħaddiema ta’ l-Isptar qegħdin jittieħdu Mater Dei biex jiffamiljarizzaw ruħhom ma’ l-ambjent u l-apparat il-ġdid.  Fi pjan vast bħal dak ta’ migrazzjoni minn sptar għall-ieħor mhux possibbli li tkun riġidu imma l-pjanijiet iridu jkun fluwidi biex tkun tista’ tilqa’ għall-kumplessità taċ-ċaplieq min-naħa għall-oħra.

Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni qiegħed f’pożizzjoni komda li jikkritika mingħajr ebda responsabbiltà tad-deċiżjonijiet.  Jirriżulta mir-risposti għad-domandi li sarulu mill-ġurnalisti li se jagħmel pjan strateġiku fit-tul għall-Mater Dei.  Meta mistoqsi jekk dan il-pjan hux lest hu wieġeb li l-pjan għad irid isir.  Pjanijiet fuq pjanijiet imma xejn konkret.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow