GĦAJNUNA MILL-FRONTEX LILL-PULIZIJA MALTIJA FIL-QASAM TA’ L-IMMIGRAZZJONI
Fuq talba tal-Gvern Malti, l-aġenzija Ewropea tal-Fruntieri l-FRONTEX bagħtet sitt esperti fl-immigrazzjoni li offrew Stati Membri differenti, sabiex jgħinu lill-Pulizija Maltija ta’ l-Immigrazzjoni fl-eqqel tas-Sajf.
Dawn is-sitt esperti diġà waslu Malta u qed jgħinu lill-Pulizija fl-identifikazzjoni tan-nazzjonalità ta’ l-immigranti illegali li jidħlu Malta. Din l-għajnuna hija importanti peress li ħafna drabi, immigranti jgħidu li ġejjin minn pajjiż, meta fil-fatt ikunu ċittadini ta’ pajjiż ieħor.
Fil-fatt uffiċjali għolja mil-FRONTEX diġà żaru Malta fi tliet okkażjonijiet f’dawn l-aħħar tliet xhur, biex iħejju dan il-pjan ta’ għajnuna. Fil-fatt, wara li ġew Malta tliet darbiet, huma marru għall-ewwel darba f’Lampedusa.
Dan qed jiġi ppreciżat peress li l-kelliem ewlieni ta’ l-Oppożizzjoni ghall-Intern, l-Onor. Gavin Gulia, riċentement staqsa għaliex il-membri tal-FRONTEX marru Lampedusa qabel ma ġew Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958