Left arrow Mur Lura

RESTAWR TAL-KAPPELLA TA' CEPPUNA FIL-MARSA

PR1107
Date Icon 01/08/2006

Mistenni jitlesta dalwaqt xogħol ta’ restawr fuq il- kappella tal-Madonna ta’ l-Assunzjoni, li hija magħrufa bħala ta’ Ceppuna, fil-Marsa, li qed isir minn ħaddiema tat-Taqsima tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Dan qalu l-Ministru Ninu Zammit meta kien qed iżur xogħlijiet ta’ restawr li qed isiru fuq din il-kapella. 

Din il-Kappella kienet inbniet fis-Seklu XV. L-iktar mument storiku u importanti għal din il-kappella kien meta f’Awissu 1534, il-kadavru ta’ l-ewwel Gran Mastru tal-Kavallieri ta’ San Gwann, Philippe Veliers de l’Isle Adam, tħalla għal lejl f’din il-kappella waqt il-purċissjoni tal-funeral tiegħu, meta mill-Imdina tniżżel lejn il-Birgu.

Għal sekli sħaħ din il-kappella ntużat minn kaċċaturi li kienu jmorru jisimgħu l-quddies fiha. Il-kappella sofriet ħsarat kbar matul it-tieni Gwerra Dinjija, meta kienet tintuża bħala maħżen.  F’xi żmien fil-passat żdiedet ukoll kamra magħha bħala sagristija, li bidlet kompletament id-dehra tal-Kappella. Il-Kappella kellha ukoll problemi ta’ umdita` kawżati bi bdil fil-livelli tal-madwar, filwaqt li ħsara strutturali kienet ukoll evidenti fuq waħda mill-faċċati.

Meta kien qed jispjega x-xogħlijiet u l-interventi li qed isiru, il-Ministru Zammit qal li primarjament beda l-ħatt tal-kamra biex b’hekk il-Kappella reggħet ħadet il-forma oriġinali taggħa. Tbaxxa wkoll il-livell biswit il-knisja, biex il-paviment intern issa jinsab f’livell għola mill-madwar, u b’hekk jitnaqqsu sew il-problemi ta’ umdita`. Ix-xogħol ta’ tisħiħ strutturali tlesta ukoll, u bħalissa qegħdin fl-aħħar fażijiet ix-xogħolijiet ta’ restawr fuq ġewwa tal-Kappella. Ir-restawr tal-faċċati esterni kif ukoll il-pavimentar taz-zuntier tal-Kappella huma mistennija jitlestew fil-gimgħat li ġejjin.

Il-Ministru kompla jgħid li x-xogħol seta` jitwettaq wara li kien hemm ftehim bejn il-Marsa Sports, il-Ministeru u l-HSBC fejn parti mill-fondi neċessarji għax-xogħol ġew minn għotja ta’ flus mill-HSBC Cares for Malta’s Heritage Fund.

Il-Ministru temm jgħid li x-xogħol ta’ restawr fuq il-Kapella ta’ Ceppuna jkompli jżid mal-lista ta’ xogħlijiet li saru fl-aħħar seba’ xhur ta’ din is-sena. L-investiment totali, inkluż il-pagi tal-ħaddiema nvoluti fix-xoghol tar-restawr, jaqbeż il-Lm100,000 u jkopri xogħlijiet fuq il-Kapella ta’ Santu r-Rokku fl-Imdina, Kapella ta’ Santa Lucija fl-Imtarfa, Kapella ta’ San Bert fiz-Żurrieq, Kapella tad-Duluri fil-Pieta u l-Knisja ta’ Sarria fil-Floriana.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow