Left arrow Mur Lura

DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - ID-DATA TAL-PART-TIME GĦALL-2005 TIĠI ESTIŻA SAL-31 TA’ AWISSU 2006

PR1106
Date Icon 01/08/2006

Wara d-diversi mizuri ġodda introdotti mill-Gvern fl-2005 biex aktar persuni jkunu jistgħu jibbenefikaw mir-rata speċjali ta' 15% fuq xogħol part-time, ġie nnutat li xi wħud minn dawn il-persuni setgħu tilfu l-benefiċċju sempliċement għax ma kienux jafu li l-ħlas u l-formoli apposta kellhom isiru sad-data preskritta.

Biex aktar persuni jkunu jistgħu jibbenefikaw mir-rata ta’ 15%, id-data biex isiru l-formoli neċessarji u jsir il-ħlas relattiv se titwal sal-31 ta’ Awissu, 2006. Mis-sena d-dieħla d-data se tkun il-15 ta’ Frar.

Persuni li bagħtu d-dikjarazzjoni sempliċi (formola blu) u diġa’ rċevew it-tax statement għall-2005 jistgħu jibbenefikaw mir-rata ta’ 15% fuq l-impjieg part-time jekk jimlew u jibagħtu l-formoli TA23 u AF. F’kaz li l-part-time kien xogħol għal rashom (self-employment) dawn għandhom jimlew u jibagħtu l-formola TA22. Dawn għandhom jintbagħtu, flimkien mal-ħlas jekk dovut, fuq il-part-time, sal-31 ta’ Awissu f’dan l-indirizz: CMU, Dipartiment  tat-Taxxi Interni, Floriana (jekk il-ħlas isir b’ċekk) jew il-Cash Office tad-Dipartiment, Blokk 5 (jekk il-ħlas isir fi flus).   

Persuni li bagħtu d-dikjarazzjoni (formola blu) u għadhom ma rċevewx it-tax statement għall-2005 jibbenefikaw mir-rata ta’ 15% fuq l-impjieg part-time, billi jimlew u jibagħtu l-formola TA23. Jekk il-part-time ikun minn xogħol għal rashom, jimlew u jibagħtu l-formola TA22. Dawn għandhom jintbagħtu, flimkien mal-ħlas jekk dovut fuq il-part-time, sal-31 ta’ Awissu f’dan l-indirizz: CMU, Dipartiment  tat-Taxxi Interni, Floriana (jekk il-ħlas isir b’ċekk) jew il-Cash Office tad-Dipartiment, Blokk 5 (jekk il-ħlas isir fi flus). 

Persuni li bagħtu l-formola sħiħa tat-taxxa (il-formola l-ħadra) ukoll jistgħu jibbenefikaw mir-rata ta’ 15%. F’kaz li l-part-time kien minn impjieg, għandhom jimlew u jibagħtu l-formoli AF1 u TA23. Jekk il-part-time kien għal rashom ikunu jridu jimlew u jibagħtu l-formoli AF1 u TA22. Dawn ghandhom jintbagħtu, flimkien mal-ħlas jekk dovut fuq il-part-time, sal-31 ta’ Awissu f’dan l-indirizz: CMU, Dipartiment  tat-Taxxi Interni, Floriana (jekk il-ħlas isir b’ċekk) jew il-Cash Office tad-Dipartiment, Blokk 5 (jekk il-ħlas isir fi flus). 

F’kaz li m’hemmx ħlas iktar xi jsir, id-dokumenti meħtieġa skond il-każ, iridu jimtlew xorta waħda u jiġi ndikat il-ħlas li diġa’ sar (li qed jiġi meqjus taħt ir-regoli part-time), u n-numru ta’ l-irċevuta.  F’dan il-każ id-dokumenti għandhom jintbagħtu f’dan l-indirizz: CMU, Dipartiment  tat-Taxxi Interni, Floriana (jekk bil-posta) jew CHD, Blokk 4 (jekk jinġieb personalment).

Il-formoli kollha (AF, AF1, TA22 u TA23) jinkisbu mit-Taxpayer Service  tad-dipartiment (Blokk 4) jew mill-website tad-Dipartiment (taht ‘Web Services’ mid-‘Downloads’). Għal aktar informazzjoni jew għajnuna oħra wieħed jista’ jċempel fuq 22962430.

Biex persuna tkun tista’ tibbenefika għar-rata ta' 15% trid tissodisfa ċerti kundizzjonijiet, fosthom dik li jrid ikollok full-time employment jew pensjoni. Ir-rata ta’ 15% ma tapplikax fuq dik il-parti ta' l-income mill-part-time li tkun teċċedi Lm3,000; l-eċċess dejjem irid jiġi ddikjarat fuq il-formola sħiħa tat-taxxa (formola ħadra). Għal aktar informazzjoni dwar il-part-time in ġenerali tista’ tidħol fil-website tad-dipartiment:  www.ird.gov.mt    taħt FAQs.

Minħabba li d-data preskritta ilha li għalqet għal din is-sena, f’każ li se jkun dovut xi refund ta’ taxxa b’riżultat li d-data ġiet imtawla, ma jitħallas ebda imgħax mid-dipartiment fuq dan ir-refund.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow