Left arrow Go Back

ProĠett li se jgĦolli l-prodott turistiku

PR1104
Date Icon 31/07/2006

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li fi żmien meta għadd ta’ aġenti ta’ l-ivjaġġar kienu qed ‘ibiegħu’ lil Malta bħala destinazzjoni ‘upmarket’,  il-Gvern kien qed jagħmel ħiltu biex flimkien ma’ l-‘istakeholders’ l-oħra  kollha, jgħolli l-prodott li pajjiżna jista’ joffri lit-turist. 

Il-Ministru Zammit Dimech, li kien qed jitkellem fl-inawgurazzjoni tal-proġett għat-tisbiħ u riabilitazzjoni tal-Ġonna Howard mill-Prim Ministru, qal li l-Gvern kien qed jinvesti kull sena fit-tisbiħ ta’ promenades, fl-iżvilupp ta’ bajjiet, fit-titjib ta’ l-infrastruttura, fil-bini ta’ toroq ġodda, f’ġonna pubbliċi u fit-tisbiħ ta’ roundabouts u centre strips. Hu qal li l-Gvern kien ukoll identifika sitt zoni turistiċi bl-iskop li dawn jingħataw priorità fi proġetti ta’ tisbiħ. 

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura qal li waħda minn dawn iz-zoni kienet dik ta’ l-iBliet Storiċi taċ-Ċentru. Din iz-zona tinkludi l-Imdina, ir-Rabat, il-Buskett u Ħad-Dingli.  Il-Ministru Zammit Dimech qal li f’dawn l-inħawi diġa’ twettqu żewġ proġetti ewlenin.

o    Fir-Rabat ġie restawrat id-Domus Rumana b’investiment ta’ Lm180,000. Dan il-proġett jinkludi oqbra Islamiċi u fdalijiet Feniċi u Puniċi. Minbarra xogħol ta’ restawr inħolqu wkoll ‘walkways’ madwar dan il-Mużew.

o    Fl-Imdina, b’investiment tra’ madwar Lm500,000, tqiegħdu taħt l-art is-servizzi kollha biex it-toroq u l-isqaqien kollha tal-lokalità ġew pavimentati mill-ġdid. Barra minhekk ġiet restawrata l-bitħa tal-Palazz Vilhena kif ukoll it-Torre dello Standardo u Greeks’ Gate. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li llum kien qed jiġi nawgurat il-proġett ta’ tisbiħ ta’ Howard Gardens. Hu qal li dan il-proġett seta’ jitwettaq għaliex Malta fl-Unjoni Ewropea setgħet tikkwalifika għal fondi mill-UE biex ittejjeb il-prodott turistiku. Hu qal li dan il-proġett jiswa aktar minn Lm300,000 li 75 fil-mija minnhom qed jingħataw mill-Unjoni Ewropea. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan il-ġnien hu mifrux fuq madwar 18-il tomna ta’ art li għaxart itmiem minnhom huma passaġġi. Hu qal li wieħed seta’ għalhekk jifhem il-kobor ta’ dan il-proġett li ħa biss disa’ xhur biex tlesta. 

Il-Ministru qal li bit-twettiq ta’ dan il-proġett illum inħoloq park ta’ wirt storiku li jiġbor fih l-inħawi kollha mid-Domus Romana tul Howard Gardens għall-Imdina. Hu qal li dawn il-proġetti jinkwadraw fl-iżvilupp ta’ pajjiżna bħala destinazzjoni ‘upmarket’ u li tattira lejha turiżmu kulturali li hu wieħed min-niċeċ li l-aktar li jattira turisti lejn pajjiżna.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan il-ġnien issemma għal Joseph Howard, Prim Ministru ta’ Malta. Hu qal li Joseph Howard kien Prim  Ministru bejn l-1921 u l-1923 u kien jirrappreżenta lill-Partit Nazzjonalista meta Malta ngħatat l-ewwel Gvern responsabbli mill-Gvern Ingliż.  

Hu qal li kien xieraq li dan il-ġnien, li jirrappreżenta data importanti fil-mixja kostituzzjonali ta’ pajjiżna, ikun l-ewwel wieħed li jikkwalifika mill-fondi għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ l-Unjoni Ewropea biex ġie restawrat u msebbaħ ħalli jitgawda mill-poplu Malti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow