VISA SPEĊJALI GĦALL-ISTUDENTI
Stqarrija maħruġa flimkien mill-Ministeru għall-Ġustizzja u Intern; il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin
Il-Gvern iddeċieda li tibda tinħareġ visa speċjali għal studenti barranin li jridu jsegwu korsijiet ta’ studju f’Malta.
Permezz ta’ din il-visa, kull student li jiġi aċċettat bħala student “bona fide” għal skop biex isegwi kors, inkluż tagħlim ta’ lingwi f’Malta, jibda jingħata visa għat-tul tal-kors, iżda l-massimu tal-perjodu jkun ta’ sena. Sal-lum il-visa kienet tinħareġ ghal perjodu ta’ tliet xhur l-iktar.
Matul dik is-sena l-istudent jista’ jintalab li jirraporta l-preżenza tiegħu f’Malta mad-Dipartiment ta’ l-Immigrazzjoni, iżda l-visa tkun valida għat-tul tal-kors, iżda mhux għal perjodu li jeċċedi s-sena. Meta tiskadi l-visa tista’ tiġi estiża għal perjodu ieħor ta’ sena jew it-tul tal-kors, skond liema huwa l-iqsar perjodu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958