ĠURAMENT TA’ LEALTÀ U ĠURAMENT TA’ L-UFFIĊĊJU TA’ NUTARA ĠODDA
Tlettax-il nutar ġdid dalgħodu ħadu l-ġurament ta’ lealta` u l-ġurament ta’ l-uffiċċju quddiem it-Tieni Sezzjoni tal-Qorti ta’ l-Appell.
In-nutara l-ġodda – 3 irġiel u 10 nisa – ġew proposti mill-President tal-Kunsill Nutarili, in-Nutar Joseph Henry Saydon, li ppreżenta lil kull wieħed u waħda minnhom lill-Qorti, u għamel ukoll indirizz qasir li fih emfasizza r-rwol u l-funzjoni ta’ nutar pubbliku u l-ħtieġa li n-nutara jikkonformaw ma’ l-ogħla livelli ta’ etika professjonali.
Fir-risposta tiegħu l-Prim Imħallef Vincent De Gaetano tkellem dwar ir-raġuni ‘l għala dawn il-ġuramenti jittieħdu quddiem l-ogħla Qorti tal-pajjiż. Huwa qal li l-liġi trid li avukati, prokuraturi legali, periti, inġiniera u uffiċjali tat-taxxi, fost oħrajn, jieħdu l-ġurament quddiem il-Qorti ta’ l-Appell biex dak li jkun jifhem aħjar l-importanza tal-professjoni jew xogħol li jkun ser jibda jeżerċita jew iwettaq.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958