Left arrow Mur Lura

Imnedija pubblikazzjoni b’differenza

PR1091
Date Icon 27/07/2006

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech nieda s-seba’ edizzjoni tal-‘Malta Flypast’ waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet fil-Mużew ta’ l-Avjazzjoni ta’ Malta f’Ta’ Qali. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-avjazzjoni kienet tiġbed interess kbir f’Malta u mad-dinja kollha. Hu qal li għalhekk il-Mużew ta’ l-Avjazzjoni ta’ Malta kien attrazzjoni mhux biss għall-Maltin iżda wkoll għat-turisti. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-pubblikazzjoni ta’ ‘Malta Flypast’ kienet punt ta’ riferenza għal dawk li kienu għatxana għal informazzjoni u ritratti dwar l-avjazzjoni. Hu qal li l-21 artiklu f’din il-pubblikazzjoni kienu jinkludu stejjer ta’ interess u li kienu jħajjru barranin, speċjalment mir-Renju Unit, biex  iżuru pajjiżna u jsiru jafu aktar dwar minn xiex għaddew huma stess matul l-aħħar Gwerra Dinjija jew dawk li jiġu minnhom. 

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li f’ekonomija bħal tagħna li kienet tiddependi għall-kwart tagħha mit-turiżmu, kull niċċa kienet importanti biex inkabbru dan is-settur. Hu qal li kien persważ li l-avjazzjoni, l-aktar dik militari, kienet niċċa oħra li tattira ħafna viżitaturi lejha.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura rringrazzja lil David Spiteri Staines, l-editur tal-‘Malta Flypost’ għall-isforzi tiegħu biex jiġi ppubblikat dan il-magazine u lil Malta Aviation Museum Foundation  għall-isforzi tagħhom biex il-poplu jsir jaf aktar dwar l-avjazzjoni u biex nattiraw lejn  pajjiżna dawk interessati fl-avjazzjoni. 

‘The Malta Aviation Museum Foundation’ twaqqfet fl-1994 bl-iskop li tiġbor, tikkonserva u tesebixxi ajruplani, artefatti ta’ l-avjazzjoni u memorabilia li għandha x’taqsam ma’ l-avjazzjoni f’Malta. 

The Malta Aviation Museum Foundation kull 18-il xahar tippubblika l-“Malta Flypast”. Din il-pubblikazzjoni ta’ 96 paġna tiġbor artikli dwar l-istorja ta’ l-avjazzjoni f’Malta b’kontributuri Maltin, Ingliżi u Taljani. Il-pubblikazzjoni tiġbed interess mid-dinja kollha minkejja li l-bejgħ tagħha hu konċentrat l-aktar f’Malta u r-Renju Unit. Il-qligħ mill-pubblikazzjoni jkun investit fil-Mużew ta’ l-Avjazzjoni ta’ Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow