Left arrow Mur Lura

POLITIKA NAZZJONALI U STRATEġIJA GĦAS-SETTUR TURISTIKU

PR1090
Date Icon 27/07/2006

F’diskors li għamel meta nieda l-Politika Nazzjonali dwar it-Turiżmu u l-Pjan Strateġiku għat-Turiżmu tal-Awtorita’ Maltija ghat-Turiżmu (MTA), il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li l-Politika tal-Gvern dwar it-Turiżmu kienet tippreżenta diversi ħidmiet li l-Gvern hu impenjat li jwettaq tul il-ħames snin li ġejjin.  

Il-Ministru qal li min-naħa l-oħra, il-Pjan Strateġiku ta’ l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta jkompli fuq dak li seħħ fl-ewwel żewġ pjani strateġiċi, jaġġorna il-Mission Statement tal-MTA, kif ukoll l-‘Corporate Objectives’ u Strateġiji biex jirriflettu r-realtajiet tal-qasam turistiku internazzjonali u lokali llum. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, li kien qed jippreżenta l-qafas tal-Politika dwar it-Turiżmu, li se tiġi ppublikata sa’ l-aħħar tas-sena wara proċess ta’ konsultazzjoni, tenna li din il-politika tagħraf il-problemi u l-isfidi li qed tiffaċċja Malta fil-qasam turistiku f’xenarju internazzjonali u lokali, fejn qed niffaċċjaw kompetizzjoni qalila.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-miri tal-politika turistika jinġabru f’10 punti:

o       L-immaniġġjar tat-turiżmu f’Malta u Għawdex fuq il-prinċipji ta’ l-iżvilupp sostenibbli;

o       Żieda fid-dħul mit-turiżmu u mill-valur miżjud mit-turiżmu;

o       Sostenn ta’ l-impjiegi preżenti u l-ħolqien ta’ aktar impjiegi u impjiegi aħjar;

o       Ħolqien ta’ distribuzzjoni ekwa tad-dħul;

o       Tkabbir tal-vantaġġ kompetittiv tagħna;

o       Tnaqqis ta’ l-istaġjonalita’;

o       Nikkapitilizzaw fuq il-karatteristiċi uniċi ta’ Għawdex;

o       Tkabbir ta’  l-aċċessibilita’ lejn u minn Malta;

o       Benefiċċju mill-kummerċ elettroniku fit-turiżmu;

o       Effett akbar mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. 

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li kienet il-politika tal-Gvern li

§        Jiżgura l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji u umani dedikati mis-settur pubbliku għat-turiżmu;

§        Nipprovdu direzzjoni lill-industrja turistika biex tagħti riżultati aħjar;

§        Nimmaniġġjaw u nibbilanċjaw impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali filwaqt li nfittxu l-interess nazzjonali;

§        Nipprovdu kwalita’ aħjar fl-għoti tas-servizzi;

§        Ninkoraġixxu ħsibijiet kreattivi biex insibu l-aħjar modi biex tiżdied in-nefqa u jiżdied il-valur miżjud fit-turiżmu anke billi nipprovdu prodotti awtentiċi;

§        Inħarrġu u nħarrġu mill-ġdid ħaddiema fl-industrja turistika u noħolqu l-ambjent għal aktar impjiegi fit-turiżmu, anke fis-segments ta’ l-industrija li m’humiex tradizzjonali, u billi ninvestu fl-edukazzjoni u tagħlim tul il-ħajja;

§        Naslu għal distribuzzjoni ekwa tad-dħul;

§        Ninkoraġixxu u nagħtu preferenza għall-kostruzzjoni għal skopijiet turistiċi f’inħawi diġa’ mibnija;

§        Nindirizzaw ir-riformi strutturali meħtieġa fit-turiżmu;

§        Inżommu n-negozju ta’ l-operaturi ta’ l-ivjaġġar u ntejbu wkoll r-relazzjonijiet ma’ l-operaturi ta’ l-ivjaġġar f’livell strateġiku;

§        Intejjbu l-kwalita’ u l-kwantita’ ta’ informazzjoni li toħroġ minn statistika dwar it-turiżmu u naħdmu fuq il-formulazzjoni ta’ ‘tourism satellite accounts’;

§        Noħolqu d-dehra u perċezzjoni tajba ta’ Malta fis-swieq barranin u nassiguraw li ż-żjara f’Malta tkun dik imwiegħda;

§        Li nimmaniġġjaw iz-zoni turistiċi billi niżguraw li jkun hemm il-faċilitajiet bażiċi u li jkunu priservati u miżmuma tajjeb; li nidentifikaw l-aktar niċeċ importanti fiz-zoni differenti u nindirizzaw l-investiment skond l-importanza ta’ dawn in-niċeċ; u niżviluppaw pjan għall-immaniġġjar taz-zoni turistiċi.

§        Ninkoraġixxu lil dawk li jipprovdu servizz lit-turisti biex jagħtu servizz tajjeb li jagħmilna aktar kompetittivi u li joffri valur tajjeb għall-flus li jintefqu;

§        Jittieħdu inizjattivi li jindirizzaw il-problema ta’ istaġjonalita’;

§        Nirreklamaw lil Għawdex bħala destinazzjoni rurali unika;

§        Niffaċilitaw l-aċċess bejn Malta u Għawdex permezz tal-baħar u l-ajru;

§        Nagħmlu lil Malta aktar aċċessibbli billi niffaċilitaw l-iżvilupp ta’ networks tat-trasport ta’ l-ajru;

§        Inżidu d-dehra tagħna fuq l-‘internet’ u anke nżidu inizjattivi maħsuba għal ‘direct online booking’;

§        Inkabbru l-effett tal-benefiċċji mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea.

Meta tkellem dwar il-Pjan Strateġiku ta’ l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta il-Ministru Zammit Dimech qal li kien ta’ pjaċir għalih li kien qed jippreżenta dan il-pjan . Hu qal li dan kien dokument li jirrikonoxxi t-tibdil strateġiku importanti li seħħ fl-Awtorita’ bħala riżultat ta’ l-eżerċizzju tar-ristrutturazzjoni. Hu qal li l-Istrateġija tidentifika wkoll il-‘Key Focus Areas’ għad-direttorati rispettivi ta’ l-Awtorita’ u tagħti linji gwida ċari.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li f’dan il-proċess il-fehma tas-settur privat hi importanti. Hu qal li għal dan l-iskop r-rappreżentanti tas-settur privat fis-Segment Advisory Committee, li twaqqfu u qed jiltaqgħu b’mod regolari, diġa’ qed jagħtu l-fehmiet tagħhom.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Pjan Strateġiku kien xhieda ta’ organizzazzjoni serja li tħares ’il quddiem u li lesta tiffaċja l-isfidi li l-industrija ser ikollha fis-snin li ġejjin. Hu qal li l-industrija tat-turiżmu hi ta’ importanza nazzjonali u għalhekk l-abbozz ta’ dan id-dokument kien se jkun ‘on line’.

Il-Ministru Zammit Dimech irringrazzja lil Romwald Lungaro Mifsud għall-ħidma u dedikazzjoni tiegħu bla heda fit-tmexxija ta’ l-Awtorita’ tat-Turiżmu. Il-Ministru rringrazzja u awgura wkoll lil Sam Mifsud li se jieħu f’idejh it-tmexxija ta’ l-Awtorita’ b’effett mill-1 ta’ Settembru.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura stieden l-partijiet interessati biex jidħlu f’dan id-dokument u jagħtu l-kummenti u s-suġġerimenti tagħhom. Huwa qal li l-istrateġija ma kienitx biss il-pubblikazzjoni ta’ dokument. Hu qal li dan kien proċess li nbeda snin ilu meta twaqqfet l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta. Proċess li qed ikompli għaliex it-turiżmu hu settur dinamiku li jrid jiġi aġġornat kontinwament.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow