Left arrow Mur Lura

PERFORMANCE AUDIT – THE FUNCTIONS OF THE TAX COMPLIANCE UNIT

PR1087
Date Icon 27/07/2006

L-Awditur Ġenerali rraporta li t-Tax Compliance Unit (TCU) huwa f’pożizzjoni li jista’ jagħmel kull tip ta’ investigazzjoni dwar taxxi.  It-TCU għandu nies professjonali kif ukoll informazzjoni miġbura f’data warehouse biex jgħinuh fl-investgazzjonijiet.   Iżda sa l-2004, ix-xogħol tat-TCU ma rrendiex daqs kemm kien maħsub fil-bidu. 

Il-politika fiskali tal-gvern tgħid li għandu jikber id-dħul mit-taxxa billi jiżdied u jitjieb l-infurzar.  Fost il-miżuri li ttieħdu biex titwettaq din il-politika twaqqaf it-TCU biex jinvestiga persuni taxxabli, skond kif ikun iddelegat mid-Dipartimenti tat-Taxxi Interni, tal-VAT, tad-Dwana u tas-Sigurtà Soċjali.  It-TCU, iżda, m’għandux l-awtorità u l-awtonomija li jagħżel hu lil min għandu jinvestiga jew li jara li r-rakkomandazzjonijiet li jagħmel jitwettqu.  F’dan il-qafas, it-TCU għandu rwol reattiv għaliex irid jirrejaġixxi għat-talbiet li jagħmlu d-dipartimenti msemmija. 

L-effettività tat-TCU tnaqqset għaliex ma kelliex direzzjoni biżżejjed mill-Bord tagħha. Fin-nuqqas ta’ laqgħat tal-Bord, il-komunikazzjoni u l-koordinazzjoni bejn it-TCU u d-dipartimenti msemmija ddgħajfet. 

It-TCU għandha informazzjoni aġġornata miġbura f’data warehouse.  Teżisti l-opportunità biex informazzjoni li hemm f’entitajiet governattivi tiżdied ma’ dik li għandha t-TCU.   It-TCU tuża l-informazzjoni li għandha miġbura f’kull investigazzjoni li tagħmel. Għandha tintuża aktar din l-informazzjoni mid-dipartimenti responsabbli mill-ġbir ta’ taxxi biex jingħażlu b’mod aħjar il-każijiet li għandhom jiġu nvestigati. 

Sa l-aħħar ta’ Mejju 2005, it-TCU lestiet 174 investigazzjonijiet u ħarġet kontijiet għal taxxi inkrimentali li jlaħħqu għal madwar Lm9.4 miljuni.  Dan it-total huwa ferm inqas minn dak li kien previst fil-pjanijiet għas-snin 2000 – 2004.  Dawn il-pjanijiet kienu bbażati fuq il-fatt li t-TCU kellha 96 persuna impjegata sa l-2004.  Iżda sa l-aħħar ta’ dan il-perjodu t-TCU impjegat biss 32 persuna.   

F’numru ta’ investigazzjonijiet it-TCU ma ħargitx kontijiet ta’ taxxi addizzjonali.  Dan il-fatt juri li hemm xi nuqqasijiet fil-proċess ta’ l-għażla tal-każijiet li jintbagħtu lit-TCU għall-investigazzjoni mid-dipartimenti responsabbli mill-ġbir tat-taxxi.  Barra minn hekk, uħud mill-kontijiet li ħarġet it-TCU għadhom ma tħallsux għaliex f’ħafna mill-każijiet il-persuni taxxabbli oġġezzjonaw, b’ċertu element ta’ suċċesss, mad-dipartimenti tat-Taxxi Interni u tal-VAT.  

It-TCU ikkonkludiet 198 ftehim ma’ persuni taxxabbli, skond l-iskema tal-Forward Tax Agreements.  It-TCU tagħmel dan ix-xogħol f’isem id-dipartimenti tat-Taxxi Interni u tal-VAT.  Dawn il-kuntratti huma validi għal tliet snin u matulhom hu mistenni li jirrendu dħul f’taxxi ta’ Lm2.6 miljun. Dan huwa Lm1.5miljun iżjed mill-medja minn kemm kien jiġi ddikkjarat f’taxxi mill-istess persuni fi tliet snin ta’ qabel ġew iffirmati l-kuntratti.  Għalkemm din l-iskema wasslet biex aktar minn irduppjat it-taxxa li kienet tiġi ddikkjarata minn dawk li għażlu li jieħdu sehem fiha, l-impatt tagħha kien marġinali. Dan minħabba n-nuqqas ta’ konkorrenza mis-setturi ekonomiċi li kienu ntgħażlu biex jieħdu sehem fl-iskema.   

B’direzzjoni aħjar mill-Bord tagħha u iżjed koperazzoni u koordinazzjoni mad-dipartimenti responsabblli mill-ġbir tat-taxxi, it-TCU tista’ tagħti kontribut ikbar biex jintleħqu l-miri fiskali tal-Gvern u tkompli titkattar il-kultura ta’ moralità fiskali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow