Left arrow Mur Lura

RAPPORT TA’ NOFS IS-SENA, TA’ L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA, DWAR IL-FONDI PUBBLIĊI 2005

PR1085
Date Icon 27/07/2006

Skond Sezzjoni 108(5) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-Ewwel Skeda ta’ l-Att ta’  l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, il-Fondi Pubbliċi tal-Gvern ta’ Malta għandhom jiġu vverifikati.  Għandu jsir rapport dwarhom li jiġi ppreżentat lill-Kamra tar-Rappreżentanti mill-Awditur Ġenerali.  

Dan ir-Rapport dwar l-infieq tal-Gvern ta’ Malta fis-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2005, jinkludi fih dak kollu li nstab waqt eżercizzji ta’ verifika finanzjarja u ta’ osservanza sa Ġunju 2006.  Jifli wkoll dawk l-organizzazzjonijiet non-governattivi.  Dan ir-Rapport se jiżdied ma’ dak Annwali ta’ l-Awditur Ġenerali li jiġi ppublikat lejn l-aħħar tas-sena.   

Dawn li ġejjin huma l-punti prinċipali li ġew identifikati: 

Il-proċedura wżata biex permezz tagħha l-Kontribuzzjonijiet ta’ Sigurtà Soċjali Klassi 1 ta’ qabel 1998 għaddew mingħand id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali (SSD) għal għand id-Dipartiment tat-Taxxi Interni (IRD) ħadet iż-żmien mhux ħażin u fuq kollox ma kinitx waħda kompluta.  Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni hawnhekk naqas milli jivverifika informazzjoni mgħoddija lilu mill-SSD.  L-IRD ma għandux software speċjalizzat li bih joħroġ malajr data analizzata, kif ukoll identifikazzjoni u ġenerazzjoni ta’ rapporti dwar dawk kollha li jonqsu fir-rigward ta’ kontribuzzjonijiet.  Minflok id-Dipartiment jagħmel użu minn programmi ‘scripts’ magħmula minnu stess.  L-IRD naqas milli jiltaqa’ ma’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u qatt ma ssupplixxa l-logins tas-sistema kompjuterizzata.  B’hekk illimita l-iskop li għalih kellha ssir din il-verifika.  

Eżerċizzju ieħor ta’ verifika kien dwar l-allowances tat-tfal.  Minn dan irriżulta li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali naqas milli fiżikament jivverifika n-numru ta’ tfal kif ukoll il-kompożizzjoni ta’ familji kif ikklejmjati mill-applikanti. Dan id-Dipartiment naqas ukoll milli jivverfika d-dħul iddikkjarat minn dawk kollha li bbenefikaw minn dawn l-allowances ma’ dak id-dħul li dawn l-istess individwi ddikjaraw lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Fil-perjodu li kien qed jiġi eżaminat instabu wkoll pagamenti żejda u oħrajn b’ammont inqas milli suppost. 

Id-Dipartiment ta’ Relazzjonijiet Industrijali u Impjiegi ma kellux il-mekkaniżmu ta’ nfurzar biex permezz tiegħu jirkupra l-ammonti ta’ arretrati li kellu jieħu. L-ebda forma ta’ sigurtà jew garanzija ma ġiet mitluba mill-Gvern lill-applikanti  malli dawn ġew mogħtija s-self.  Aktar minn hekk, ma setax isir iċċekkjar tad-dokumenti li kellu d-Dipartiment tat-Taxxi Interni ma’ dawk li kellu d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.  Dan fir-rigward tas-sitwazzjonijiet finanzjarji, ta’ impjieg u stat assistenzjali ta’ dawk kollha li kienu nstabu li naqsu fil-ħlasijiet tagħhom.  Dan l-iċċekkjar ma setax isir minħabba li legalment mhux possibli li jkun hemm aċċess għal din l-informazzjoni. 

Suppost li d-Dipartiment tad-Dwana għamel użu minn ċertu proċeduri formali stabbiliti. Madanakollu naqas li jagħmel dan.  Permezz ta’ dawn il-proċeduri msemmija jsiru eżamijiet fuq oġġetti li qed jinġarru.  Dawn l-oġġetti suppost jiġu eżaminati fiżikament kif ukoll issir tgħarbila ġenerali tagħhom u kull dokumentazzjoni dwarhom miflija sewwa. Instabu nuqqasijiet ukoll f’każijiet fejn jinħarġu struzzjonijiet speċjali fir-rigward ta’ ħruġ u użu ta’ garanziji u l-immaniġġjar tagħhom.  Ċertu garanziji ġew imwarrba jew rinunzjati.  Kien hemm każijiet li għalkemm ċertu data jew informazzjoni dettaljata li kienet qed tiġi eżaminata ma kinitx daqshekk vitali iżda jibqa’ l-fatt li f’xi drabi ma nstabitx.  

Waqt laqgħat mad-Dwana ġew identifikati partijiet li jikkonċernaw it-Traditional Own Resources (TOR) b’potenzjal ta’ riskju. Id-defiċjenzi ewlenin kienu l-aktar rigward il-kumpilazzjoni ta’ data u dikjarazzjonijiet mgħoddija mill-Kummissjoni fuq bażi perjodika u dwar il-ħruġ ta’ oġġetti mid-Dipartiment qabel il-ħlasijiet ta’ dwana. 

Il-proċess tal-Baġit għad-Dejn Pubbliku ma għandux dokumentazzjonijiet sew u li fuqhom tista’ ssir ukoll il-verifika. 

Nuqqasijiet jinkludu: 

§     Struttura organizzata għall-ippjanar tad-Dejn Pubbliku inadekwata:   

§     L-ebda pjan strateġiku formali għall-immaniġġjar  tad-Dejn:

§     Nuqqas ta’ linji gwida ta’ policy dwar id-Dejn Pubbliku;

§     Il-Kumitat ta’ konsulenza għall-Maniġment tad-Dejn Pubbliku mhux jinfunzjona;

§     Proċeduri għall-pubblikazzjoni tal-Kalendarju Annwali għall-ħruġ ta’ Stocks tal-Gvern u għal stocks ġodda tal-Gvern mhux adattati; u

§     Ma twaqqafx Uffiċċju Għall-Maniġment tad-Dejn Pubbliku. 

Il-verifika tas-salarji tal-Qrati tal-Ġustizzja kif ukoll tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi żvelat nuqqas ta’ kontroll fuq l-attendenza u s-sahra. Ċertifikazzjoni medika biex tkopri l-assenza minħabba mard mhux dejjem ġiet ippreżentata.  

Is-sors ta’ awtorità li ssostni r-rata pagabbli lil min jittraskrivi s-smigħ tal-kawżi ma kienx disponibbli.  Iżjed minn hekk, dmirijiet bħal dawn suppost li twettqu wara l-ħinijiet normali tax-xogħol.  Ċertu uffiċjali iżda kienu qed jaħdmu fuq dawn it-traskrizzjonijiet fil-ħinijiet normali tax-xogħol tagħhom.  

Vetturi tal-Gvern kienu qed jintużaw wara l-ħinijiet tax-xogħol u minn nies fi ħdan il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni li ma għandhomx karigi għoljin.  Barra minn hekk, ma tnaqqset l-ebda taxxa għal dan il-perkaċċ. 

Fil-barriera tal-Gvern, Ta’ Robba, ma nstabux dokumenti adattati dwar il-materjal li qed jintuża.  Regoli eżistenti dwar id-dokumentazzjoni għall-attendenza ma kinux qed jiġu applikati għall-ħaddiema tal-barriera.  Dawn jingħad li huma ngaġġjati fuq il-bażi ta’ xogħol bl-imqieta, madankollu ma teżisti l-ebda forma ta’ kwota għall-produzzjoni ta’ kuljum u rutina normali ta’ xogħol.           

Xogħol ta’ verifika sar ukoll fl-istores tal-Bio Medical Engineering fl-isptar Karen Grech.  Minn din il-verifika ħarġu diskrepanzi bejn ir-records ta’ l-istokk li hemm f’dawn l-istores u l-ammonti li nstabu fiżikament.  Dettalji, bħal  valur ta’ kull oġġett kif ukoll dettalji mingħand min inxtraw, jew ma ġewx rekorjdati sew inkella ma ddaħħlux fis-sistema kompjuterizzata għall-kontroll. 

L-Aġenzija għall-ħlasijiet (PA) fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent, responsabbli mill-maniġment ta’ fondi mibgħuta mill-Unjoni Ewropea (EU) ma kellhiex sistema kif tamministra ż-żamma tal-flus kontanti.  Pagamenti lill-benefiċjarji jsiru kemm il-darba jkun hemm fondi kif ukoll skond iż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea.  Minbarra nuqqas ta’ segregazzjoni ta’ dmirijiet, ma hemmx kontrolli interni u l-komunikazzjoni mad-Dipartiment għas-Sistema ta’ Kontroll u Amministrazzjoni (IACS) tidher dgħajfa. 

Ġew innotati diversi nuqqasijiet fis-sistema kompjuterizzata wżata mill-IACS.  Minkejja dan, id-Dipartiment qed joqgħod wisq fuq il-mekkaniżmu ta’ din is-sistema u kollox jiddependi minn uffiċjal wieħed partikulari li minbarra hekk iwettaq diversi dmirijiet oħra.  Hemm lok għal titjieb ukoll f’dak li huwa ċċekkjar għall-għarrieda fuq il-post kif ukoll għall-kontroll konsegwenti ta’ kwalità. 

Numru ta’ eżerċizzji ta’ verifika saru wkoll f’organizzazzjonijiet non-governattivi (NGOs) u f’Awtoritajiet Governattivi oħra.  Minn dawn ħareġ ċar li fiż-żewġ każi mhumiex jinżammu l-istandards finanzjarji internazzjonali (IFRSs).  Reġistri li fihom jinżammu records dwar l-assi fissi ma kinux kompluti u l-kontroll fuqhom kien b’hekk dgħajjef.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow