Ħatra ta’ C.E.O. fl-Awtorita’ tat-Turiżmu
PR1083
26/07/2006
B’riferenza għal dak li ġie rrapurtat f’gazzetta lokali llum, m’hemm l-ebda kandidat għal din il-kariga, li, f’dan l-istadju tal-proċess, għandu l-approvazzjoni tal-Prim Ministru u tal-Ministru għat-Turiżmu u Kultura.
Il-proċess għall-ħatra ta’ Chief Executive Officer (CEO) ta’ l-Awtorita’ tat-Turiżmu qed isir bl-aktar mod korrett u professjonali skond il-prattiċi stabbiliti u l-liġijiet li jikkonċernaw ħatriet pubbliċi.
L-interess tal-Gvern hu li jintgħażel l-aħjar persuna fost dawk li applikaw u dan fl-interess ta’ l-industrija tat-turiżmu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958