MALTA U T-TUNEŻIJA JILĦQU FTEHIM DWAR TRATTAT TA’ ESTRADIZZJONI BEJN IŻ-ŻEWĠ PAJJIŻI
Fi tmiem ta' round ieħor ta' negozjati tekniċi, Malta u t-Tuneżija laħqu ftehim dwar Trattat ta' Estradizzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.
Dawn in-negozjati tmexxew minn Dr Silvio Camilleri, l-Avukat Ġenerali, għan-naħa tal-Gvern Malti u mis-Sur Lofti Douaes, Kap tal-Kabinet fil-Ministeru tal-Ġustizzja u Drittijiet Umani, għan-naħa tal-Gvern Tuneżin.
Kien hemm preżenti wkoll Dr Tanya Vella, l-Ambaxxatriċi għal Malta fit-Tuneżija.
Qabel l-iffirmar tal-minuti ta' din il-laqgħa konklussiva, li permezz tagħhom huwa ppjanat li dan it-Trattat jiġi ffirmat sa' l-aħħar ta' din is-sena, is-Sur Charles Deguara, Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern, esprima s-sodisfazzjon tal-Ministeru għall-ftehim milħuq bejn iż-żewġ pajjiżi ħbieb f'qasam tant importanti bħalma hi l-ġlieda kontra l-kriminalita’ organizzata, u fl-istess waqt awgura li dan il-Ftehim ikompli jsaħħah ir-relazzjonijiet eċċellenti li diġa’ jeżistu bejn Malta u t-Tuneżija.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958