Left arrow Mur Lura

Rikonoxximent tal-Gvern għall-ħidma ta’ l-infermiera u l-qwiebel

PR1081
Date Icon 25/07/2006

B’referenza għall-istqarrija lill-istampa mill-MUMN dwar id-deċiżjoni meħuda mill-Partit Laburista li l-infermiera Maltin jingħataw il-warrant sabiex jipprattikkaw il-professjoni tagħhom, id-Diviżjoni tas-Saħħa tinnota li fil-laqgħa li kellu riċentement  ma’ l-MUMN il-Ministru nformahom li hu qed jikkunsidra t-talba tagħhom f’dan ir-rigward.

Fl-istqarrijja tagħha l-MUMN qed torbot ir-rikonoxximent mistħoqq lejn il-professjoni ta’ l-infermiera mill-gvern biss ma’ l-għoti ta’ warrant.

Ta’ min jinnota li l-infermiera diġa jgawdu awtonomija sħiħa fil-prattika ta’ xogħolhom bis-saħħa tal-liġi li tirregola l-professjonijiet tas-saħħa.  Dan id-dritt joħroġ mill-Att tar-Reġistrazzjoni mal-Kunsill ta’ l-Infermiera u Qwiebel ta’ 2003.

Il-gvern ilu snin twal bil-fatti, mhux bil-wegħdi, jirrikonoxxi l-professjoni ta’ l-infermiera u l-qwiebel billi:

·        Waqqaf Direttorat dedikat għall-infermiera biex tahom status professjonali.

·        Waqqaf l-Istitut tal-Kura tas-Saħħa minn fejn ħarġu mijiet ta’ infermiera kwalifikati.

·        Ta inċentivi finanzjarji biex aktar studenti jagħżlu din il-professjoni.

·        Tejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ l-infermiera u l-qwiebel kollha.

·        Offra opportunitajiet ta’ taħriġ u studju li jwasslu għal diploma u BSc u Masters fl-istudji infermeristiċi.

·        Għolla l-istatus ta’ l-infermiera billi l-kwalifiki tagħhom huma rikonoxxuti fil-pajjiżi ta’ l-Unjoni Europea.

·        Introduċa il-conversion course biex Enrolled Nurses isiru Staff Nurses.

·        Riċentement ta l-faċilità biex infermiera li jkunu jixtiequ jsegwu programm ta’ taħriġ fil-livell ta’ baċellerat part time fuq tlett snin ikunu jistgħu jagħmlu dan filwaqt li jibqgħu fl-impjieg full time.

·        Jibgħat numru ta’ infermiera biex jitħarrġu barra.

Dan kollu l-gvern wettqu mill-1987 sal-lum bil-fatti bħala rikonoxximent għal tant ħidma siewja mill-infermiera u l-qwiebel.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow