Left arrow Mur Lura

IN-NUMRU TA’ ĦADDIEMA LI JIPPARTEĊIPA GĦAL KORSIJIET TA’ TAĦRIĠ OFFRUTI MILL-MCAST IKOMPLI JIKBER

PR1079
Date Icon 25/07/2006

“It-taħriġ għall-ħaddiema mill-MCAST huwa pass ‘il quddiem lejn żieda fil-produttivita’ u t-titjib fis-servizz lejn il-konsumatur.” – Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo

F’ċerimonja ta’ għoti ta’ ċertifikati lil 12-il ħaddiem tal-Mizzi Automomotive Services Limited fil-Ħandaq li saret illum ingħataw ċertifikati lil ħaddiema ma’ din il-kumpanija li għamlu kors ta’ taħriġ fil-Welding ta’ l-Aluminium provdut lilhom u lill-azjenda tagħhom mill-MCAST.  Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, li kien preżenti għall-għoti ta’ dawn iċ-ċertifikati faħħar l-inizjattiva ta’ din il-kumpanija li tat l-opportunita lill-ħaddiema tagħha li jattendu għal dan il-kors.

“Dawn il-ħaddiema u l-kumpanija li timpjeghom għandom ikunu ta’ eżempju għall-ħaddiema u ażjendi oħra li jridu jtejjbu l-kapaċita’ kompetittiva’ tagħhom fis-suq.  Bit-taħriġ lill-ħaddiema x-xogħol li jsir ikun ta’ kwalita’ aħjar u għalhekk il-konsumaturi jkunu moqdija aħjar.  Illum jekk negozju irid jikkompeti huwa importanti ferm li l-ħaddiema jkunu mħarrġa sew u jkun hemm titjib fil-kwalita’ tax-xogħol għas-sodisfazzjon tal-konsumaturi.

“L-impenn tal-Gvern huwa li jagħmel suċċess ekonomiku minn dan il-pajjiż.  Wieħed mill-akbar proġetti politiċi tal-Gvern li llum qed jirrendu riżultat pożittiv huwa ‘l-proġett edukazzjoni’.  Din l-azjenda u l-ħaddiema diġa gawdew min dan il-proġett, u issa jibdew igadwu wkoll il-konsumaturi

tagħhom.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo qal dan waqt ċerimonja ta’ preżentazzjoni ta’ ċertifikati li għaliha kienu preżenti dawk il-ħaddiema li pparteċipaw fil-kors, rappreżentanti mill-MCAST, u rappreżentanti tal-kumpanija Mizzi Automotive Services.

L-Onor. Vassallo kompla billi awgura li “n-numru ta’ ħaddiema li jipparteċipa għal korsijiet ta’ taħriġ offruti mill-MCAST ikompli jikber.  Nawgura wkoll li aktar kumpaniji u negozji żgħar mill-Ħandaq u miż-Żoni Industrjali l-oħra jaraw li joffru lill-ħaddiema tagħom l-opportunita’ li jkomplu t-taħriġ tagħhom.  F’dawn l-aħħar erba’ snin, fl-istituti kollha ta’ l-MCAST, ġew offruti madwar erbgħin kors li huma kollha relatati ma’ l-imprenditorija.  Għal dawn il-korsijiet attendaw ma’ l-400 ħaddiem, li permezz ta’ dawn il-korsijiet tejjbu il-kapaċitajiet tagħhom biex b’hekk joffru servizz aħjar lill-konsumaturi tagħhom.  Dawn il-korsijiet huma miftuħa għal kull min jixtieq jattendi għalihom u jiena nħeġġeġ dawk il-ħaddiema kollha li jixtiequ jtejjbu lilhom infushom biex jattendu għal korsijiet bħal dawn.”

Wara din l-attivita’ s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kompla jżur negozji oħra fil-Ħandaq bil-ħsieb li jisma’ u jitkellem ma’ persuni li qegħdin fin-negozju f’din iż-żona industrijali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow