Left arrow Mur Lura

TLETTAX IL - NUTAR JINGĦATAW IL-WARRANT

PR1078
Date Icon 25/07/2006

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern Dr Tonio Borġ, illum ippreżenta l-warrant lil tlettax il - Nutar ġdid waqt ċerimonja qasira li saret fil-Ministeru tal-Ġustizzja.

Il-Ministru Borġ feraħ lin-Nutara l-ġodda li wara snin ta’ ħidma u sagrificcju, issa waslu biex jieħdu l-warrant li jippermettilhom jibdew jeżercitaw il-professjoni ta’ Nutar Pubbliku li magħha ġġorr kemm drittijiet kif ukoll obbligi.

Wieħed mill-aktar obbligi importanti, kompla l-Ministru Borg, huwa li Nutar Pubbliku jaġixxi b’mod professjonali u skond il-liġi.  Huwa mehtieġ ukoll li n-Nutara jżommu ruħhom aġġornati mat-tibdil li jsir fil-liġijiet minn żmien ghal żmien.

Il-Ministru Borġ accenna li min ilu sew fil-professjoni notarili jaghti l-parir li l-ebda Nutar m’għandu jagħmel xi haga li dwarha ghandu xi dubju u ghalhekk in-Nutara ghandhom jitolbu parir meta jsibu ruħhom f’diffikultà.

Il-Ministru Borg fakkar li x-xogħol tan-Nutara bħala Ufficjali Pubblici, huwa wiehed li jirrigwarda lin-nies u għalhekk importanti li x-xoghol isir b’reqqa u b’attenzjoni ghad-dettall. In-Nutar, bħala Uffiċjal Pubbliku għandu dejjem iżomm l-indipendenza u jkun imparzjali, kompla l-Ministru Borg.

Il-Ministru Borg tenna li n-Nutara ghandhom ikunu dejjem above board biex jiġi assigurat li r-reputazzjoni professjonali notarili tinżamm il-fuq minn kull suspett.                                                                                                        

Il-Ministru Borg temm billi awgura lin-Nutara kull suċċess fix-xogħol delikat taghom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow