Left arrow Mur Lura

IL-VICI PRIM MINISTRU TONIO BORG JINDIRIZZA LAQGHA EWROPEA TAL-MINISTRI TAL-GUSTIZZJA U L-INTERN

PR1070
Date Icon 24/07/2006

F’diskors fil-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u Intern ta’ l-Unjoni Ewropea, il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor.  Tonio Borg qal li filwaqt li l-Unjoni qabdet it-triq it-tajba dwar l-immigrazzjoni bil-proposti riċenti, mħabbra mill-Kummissarju Ewropew Franco Frattini, it-triq għadha twila. Il-pajjiżi tal-fruntiera jridu li l-Unjoni turi iktar biċ-ċar li hija tagħti każ ta’ din il-problema. Ir-rondi (patrols) fil-baħar huma biss forma waħda ta’ din is-solidarjeta’. 

Forma ta’ solidarjeta’ oħra huma l-fondi ta’ għajnuna għall-pajjizi milquta minn din il-problema. Il-Viċi Prim Ministru saħaq li xi kultant wieħed jieħu l-impressjoni li hemm min jaħseb li l-emerġenza trid titfassal skond il-fondi u mhux bil-maqlub. Malta għandha bżonn għajnuna finanzjarja mmedjata għal spiża kapitali li nefqet u li għad trid tonfoq fiċ-ċentri ta’ detenzjoni u dawk miftuħa. 

In-numru ta’ klandestini li waslu Malta mill-bidu tas-sena kiser kull rekord u fix-xahar ta’ Ġunju biss, ġew mas-650 immigrant li wassal l-ammont mill-bidu tas-sena għal 1,200. Dan ifisser li qishom daħlu 220,000 fil-Ġermanja.  

“Ħadd m’għandu jippretendi li Malta tkun l-għassiesa solitarja tal-fruntieri Ewropej fin-nofsinhar. La għandha l-kapaċita’ u l-anqas ir-rieda. Fil-waqt li l-Gvern ser jonora l-obbligi tiegħu” sostna l-Viċi Prim Ministru, “ser ikompli jħares bla mittiefes l-interess nazzjonali, kif ġara fil-kaz tat-trawler Spanjol”.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow