Left arrow Mur Lura

TWEĠIBA GĦALL-ITTRA TAL-KUMITAT TAL-ĠURNALISTI U L-ISTQARRIJA TA’ L-ISTITUT TAL-ĠURNALISTI MALTIN

PR1068
Date Icon 21/07/2006

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jirreferi għall-ittra tal-Kumitat tal-Ġurnalisti u l-istqarrija ta’ l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, dwar talbiet li saru mill-media sabiex jingħataw aċċess biex isegwu l-każ ta’ l-immigranti rregolari fuq trawler Spanjol ‘il barra mill-ibħra Maltin.

Il-fatt huwa li numru ta’ kmamar ta’ l-aħbarijiet, aġenziji ta’ l-aħbarijiet u ġurnalisti, għamlu talbiet sabiex ikunu jistgħu jitwasslu mill-Armata ħdejn it-trawler.  Kien loġistikament impossibli li jiġu milqugħa t-talbiet kollha u allura ġie deċiż li l-istazzjon nazzjonali, li għandu obbligi u rwol partikolari, jiġi aċċettat li jsegwi l-każ.  Apparti dan, ritratti tal-każ ġew mgħoddija mill-Armata lill-media kollha.  Huwa diffiċli li wieħed jifhem kif b’hekk, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien qed jittratta l-media b’mod inegwali. 

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru lest jilqa’ suġġerimenti kif, f’ċirkostanzi bħal dawn, ikun żgurat l-aħjar aċċess għall-media.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow