Left arrow Mur Lura

Aktar għajnuna finanzjarja lis-settur tas-Sajd

PR1060
Date Icon 20/07/2006

“Il-Gvern għal darb’oħra qed juri bil-fatti li qed iżomm mal-wegħdiet tiegħu mas-sajjieda Maltin u Għawdxin li mhux biss jgħinhom b’mod tekniku imma li jkompli jagħti għajnuna finanzjarja lil dan is-settur”.  Dan qalu Dr Francis Agius, is-Segretarju Parlamentari responsabbli ghall-Biedja u Sajd, meta kien qed jippresiedi ghall-iffirmar ta’ ftehim bejn il-Gvern Malti L-Għaqda Kooperativa tas-Sajd Ltd, Azzopardi Fisheries ta’ San Pawl il-Baħar u Bugeja Fish Market ta’ Għawdex. 

Dr Agius qal li din il-miżura ta’ għajnuna finanzjarja qed tintuża fi qbil mal-kundizzjonijiet tar-Regolament ta’ l-Unjoni Ewropea 2792/1999 li kien emendat bit-2369/2002 li tittratta dwar l-għajnuna strutturali mill-Unjoni Ewropea fis-settur tal-ħut.   

L-ghanijiet ta’ din il-mizura setghu jiġu milħuqa bil-bini ġdid jew immoderniżżar ta’ stabilimenti ġodda jew eżistenti ta’ priservazzjoni u proċessar tal-hut.  Din hi miżura maħsuba sabiex ittejjeb il-kwalitajiet tal-faċilitajiet ta’ proċessar u bejgħ fis-sezzjoni tas-sajd.   

Dr Agius spjega kif l-investimenti jistgħu jsiru fi pproċessar ta’ prodotti tal-ħut li jinvolvu mmaniġjar ta’ ħut, trattament ta’ ħut, ippriservar u distribuzzjoni bejn il-ħin ta’ żbarkar u l-prodott finali. Effetti oħra bħal faċilitajiet ta’ l-ipproċessar u bejgħ aktar effiċjenti, titjib fil-kundizzjonijiet tas-sigurta’ u saħħa fuq il-post tax-xogħol, titjib sanitarju fuq il-post tax-xogħol u titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol jistgħu wkoll jiffurmaw parti mil-progetti.  Meta wieħed jara dan kollu, ma jridx iħares biss lejn l-għajnuna lejn is-settur tas-Sajd, imma li minn din l-għajnuna jibbenefika ukoll il-konsumatur, għax din l-għajnuna tgħin biex il-prodott jasal b’aktar mod iġeniku u frisk għand l-istess konsumatur Malti. 

Dr Agius qal li total ta’ 500,000 Euros (Fondi Maltin kif ukoll Ewropej) setgħu jiġu riċevuti minn intrapriżi fis-settur ta’ l-ipproċessar u bejgħ.  Il-proġetti  eliġibbli ser jirċievu fondi sa massimu ta’ 40% mill-fond ta’ l-FIFG u mill-Gvern Malti. L-applikanti jkollhom iħallsu l-bqija, jiġifieri 60% tal-proġett (VAT eskluża). Din l-iskema ġiet ippublikata fil-Gażżetta tal-Gvern tas-17 ta’ Ġunju 2005 u fuq il-Gażżetti lokali kollha.    

Tlett benefiċjarji li applikaw sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-fondi kienu eligibbli. Il-benefiċjarji flimkien applikaw sabiex jinvestu fl-intrapriżi tagħhom s-somma ta’ Lm501,374 mingħajr VAT.   

Dr Agius temm jgħid li b’hekk bil-ħidma siewja tal-Gvern favur is-settur tas-Sajd illum dawn it-tlett benefiċjarji qeghdin jiffirmaw il-kuntratt sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow