Left arrow Go Back

Premju Anzjan tas-Sena

PR1053
Date Icon 19/07/2006

L-Onor. Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, ħabbret li għal darba oħra ser jerga’ jingħata l-premju “Anzjan tas-Sena”. Din hija t-13-il darba li qed jingħata dan il-premju. Din is-sena wkoll  ser jiġu kkunsidrati wkoll koppji li jikkwalifikaw għal dan il-premju.  

Is-Segretarju Parlamentari fakkret li l-1 ta’ Ottubru huwa l-Jum Dinji ddedikat lill-anzjani – kif iddikjarat minn Nazzjonijiet Uniti. L-attivitajiet li ser jorganizza s-Segretarjat Parlamentari biex ikun imfakkar il-Jum Dinji tal-Anzjani, jilħqu l-qofol tagħhom b’serata apposta nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Ottubru fit-Teatru ta’ San Vincenz.

L-Onor. D’Amato, spjegat li s-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’ jagħti dan il-premju bħala rikonoxximent xieraq lil dik il-persuna anzjana jew koppja, li bil-mod ta’ kif iżżommu ruħhom attivi, qed ikunu ta’ mudell u ispirazzjoni għall-anzjani jew koppji oħra, f’soċjeta mibnija fuq l-interdipendenza, solidarjeta’ bejn il-generazzjonijiet, fejn l-anzjani jkunu ntegrati f’kull qasam tas-soċjeta’ Maltija, kif ukoll nimpenjaw ruħna favur min hu l-aktar fil-bzonn.  

L-Onor. Helen D’Amato ħeġġet biex għaqdiet volontarji, Parroċċi u Kunsilli Lokali jinnominaw anzjani għal dan il-premju, sabiex b’hekk nuru apprezzament u rikonoxximent għal hafna xogħol volontarju li jkun qed isir fis-socjeta’ tagħna.  

Fil-fatt dan il-premju jirrikonoxxi lil dik il-persuna/lil dawk il-persuni:

  • Li jkunu taw servizz b’mod volontarju ma’ min ikun jeħtieg, jew
  • Li bil-karattru tagħhom huma ta’ ispirazzjoni għal anzjani oħra, jew
  • Li jkunu responsabbli lejn u sedqu l-ambjent tal-anzjani; li jiżviluppaw kemm il-kultura ġenerali kif ukoll personali; li jahdmu biex ma jintilifx wirt missirijietna; li jippromwovu s-solidarjeta’ bejn il-ġenerazzjonijiet u jgħixu ħajja li tikkontribwixxi għal ħajja aħjar tal-komunita’ b’mod ġenerali.

L-Onor. D’Amato kompliet tgħid li għal dan il-premju jistgħu jiġu nominati ndividwi jew koppji, ċittadini Maltin li, sa l-aħħar ta’ din is-sena jkunu għalqu l-eta’ tal-pensjoni, u li normalment jghixu Malta jew Ghawdex.  

Biex jintgħażel l-Anzjan tas-Sena, twaqqaf bord ta’ l-għażla, li għandu r-responsabilta’ li jilqa’ l-applikazzjonijet, u li jagħzel l-anzjan, anzjana jew koppja li ħaqqhom jingħataw dan il-Premju prestiġjuż.   

Il-Bord ta’ l-Għazla jikkonsisti minn:

Chairperson:     Ms. Cecilia Xuereb
Membri:           Mr Angelo Fenech
                       Prof. Fredrick Fenech
                       Ms. Lilian Miceli Farrugia
                       Ms. Josephine Saliba
                       Fr. Victor Zammit Mc Keon
Segretarju:        Mr Charles Herrera 

Aktar informazzjoni u formoli għan-nominazzjonijet, jistgħu jinġabru mingħand is-Segretarju tal-Bord, fl-Ufficju tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, 15 Triq il-Merkanti, Valletta u d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, Pjazza San Frangisk, Victoria, Għawdex u għandhom jittiehdu bl-idejn sa mhux aktar tard minn nofs inhar ta’ nhar l-Ħamis 7 ta’ Settembru 2006. Tingħata riċevuta għal kull nominazzjoni.   

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow