JITLESTEW XOGHLIJIET TA’ TISBIH FIL-PJAZZA TRASFIGURAZZJONI F’HAL-LIJA
Investiment ta’ ‘l fuq minn Lm250,000 f’tisbih
tac-centri ta’ l-irhula matul l-ahhar tlett snin
“Ix-xoghol li sar fl-ahhar tlett snin kien mifrux f’diversi lokalitajiet madwar Malta, bil-ghan li l-irhula f’pajjizna jinghataw dehra isbah u tohrog il-karatteristika tar-rahal tipikament Malti. Il-pjazza ta’ Hal- Lija tkompli l-kullana ta’ progetti ta’ tisbih fic-centri ta’ l-irhula li fl-ahhar tlett snin il-Ministeru investa ‘l fuq minn kwart ta’ miljun lira f’dan ir-rigward.”
Dan qalu l-Ministru tar-Rizorsi u Infrastruttura Ninu Zammit meta kien qed izur it-tlestija tax-xoghlijiet marbuta mat-tisbih tal-pjazza Trasfigurazzjoni f’Hal-Lija. Ix-xoghlijiet f’din il-pjazza bdew f’Jannar ta’ din is-sena u tlestew kif miftiehem f’Gunju li ghadda. Dawn ix-xoghlijiet ghal darba ohra saru kollha mill-haddiema tad-diversi sezzjonijiet fi hdan il-Ministeru tar-Rizorsi u Infrastruttura u l-ispiza globali nkluz il-pagi tal-haddiema kienet ta’ madwar Lm45,000. Ix-xoghlijiet kienu jinkludu kemm kostruzzjoni ta’ bankini wesghin, thaffir ta’ trinek, manifatturar ta’ street furniture u pavimentar. Ix-xoghol primarju kien jinkludi il-qlugh tal-bankina precedenti, tqeghid ta’ servizzi u livellar gdid qabel l-ghoti tas-sub-base tal- konkos.
Il-Ministru Zammit kompla jispjega u qal li wara li nqala’ l-wicc antik gew mghoddija ‘l fuq minn 1,000 metru tul ta’ pajpijiet li minnhom ghaddew il-cables ta’ l-elettriku. Ma’ dawn gew mghoddija wkoll mill-gdid il-mejnijiet ta’ l-ilma kif ukoll gew mibnija mill-gdid il-manholes kollha tad-drenagg, li f’din l-area kien hawn madwar 15-il wahda. Fattur interessanti, li qed isir prattikament f’kull pjazza li qed tigi rrabilitata, hu t-tnehhija tal-wires ta’ l-elettriku minn mal-bini tal-madwar ghal taht l-art, bil-ghan li l-estetika tal-bini tkun tista aktar titgawda minghajr xkiel.
Wara li saru s-servizzi kollha inghatat sodda tal-konkos li fuqha gie mpoggi madwar 1,400 metru kwadru ta’ pavimentar u maghhom tpoggew madwar 589 metru tul ta’ kurduna inkluz dawk ta’ madwar is-sigar. Il-madum li ntuza huwa simili ghal dak li qed jigi mpoggi taht l-arkati ta’ l-akwadott u huwa tat-tip griż b’kuluri u patterns differenti biex johloq id-disinn mfassal. B’finanzjament mill-Kunsill Lokali gew mixtrija 34 arblu tad-dawl dekorattiv li jikkumplimentaw mal-progett u l-ambjent tal-madwar. Is-sistema ta’ lluminazzjoni giet mahduma b’tali mod li tohloq effett simetriku u dawl adekwat minghajr ma’ ddejjaq ir-residenti fil-pjazza. Ma’ dawn gew installati wkoll numru ta’ bankijiet ta’ l-injam b’materjal li jiflah ghall-elementi tal-klima b’disinn li jkompli jaghti dehra isbah lil dan ic-centru ta’ Hal-Lija.
Il-Ministru Ninu Zammit tenna li d-disinn u l-implimentazzjoni ta’ dan il-progett juri s-serjeta u l-ghaqal li bih qed jigu mplimentati l-progetti mill-Ministeru. Dan qed isir ghax filwaqt li fid-disinn qed jigu osservati u rrispettati l-ambjent u l-karatteristici tac-centri ta’ l-irhula Maltin, fl-implementazzjoni tal-progett qed jintuzaw materjali li kumplessivament qed ikomplu jghollu l-livell tal-kwalita u jzejnu l-aspett kulturali li kull centru lokali hu mghoni bihom.Wara li tlestew il-pjazez tal-Mellieha, Hal-Safi, Hal-Kirkop u issa Hal-Lija issa ser jitkomplew il-pjazez ta’ B’Buga, iz-zuntier tal-Knisja parrokkjali taz-Zurrieq u c-centru tar-rahal tal-Qrendi.
“Din hi il-politika li giet addotata fl-ahhar snin, u hekk se nkomplu naghmlu fix-xhur u s-snin li gejjin ghax b’dan il-mod inkunu qed nilhqu oggettiv iehor fil-miri taghna, dak li l-aspett kulturali ta’ pajjizna jigi mtejjeb u ndukrat”, stqarr il-Ministru Ninu Zammit
Fl-aħħarnett il-Ministru Ninu Zammit irringrazzja lill-Periti u l-ħaddiema li kienu nvoluti f’dan il-proġett kif ukoll lill-Kunsill Lokali li bil-kontribut siewi tagħhom, ix-xogħol twettaq fiż-żmien stipulat filwat li huwa ta’ l-ogħla livelli.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958