Left arrow Mur Lura

Logħob tal-FISEC f’Kecskemet l-Ungerija - Titħabbar uffiċjalment l-iskwadra Maltija

PR1050
Date Icon 18/07/2006

“Ta’ spiss nisimgħu lill min jisħaqq fuq l-importanza ta’ l-isport għal ġisem u l-moħħ, iżda jien nemmen li l-isport huwa ta’ importanza għall-iżvilupp tal-karattru wkoll. Barra minn hekk permezz ta’ l-għalliema u l-coaches tagħhom dawn iż-żgħażagħ qed ikabbru l-abilitajiet u l-kapaċitajiet tagħhom, jitgħallmu jkunu parti minn tim u jkabbru l-kunfidenza fihom infushom.”

Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Dr. Louis Galea, waqt l-awgurju lill-atleti kollha li ser jirrappreżentaw lil Malta f’din l-edizzjoni tal-FISEC, fejn b’kollox din is-sena ser ikun hemm 1,100 kompetitur minn 15-il pajjiż differenti. Il-Ministru kien qed jippreżenta cheque ta’ Lm4,000 f’isem il-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) lill-kontinġent Malti li l-ġimgħa d-dieħla mistenni jivvjaġġa lejn Kecskemet fl-Ungerija biex jieħu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-logħob tal-FISEC li ser jsiru bejn l-20 u s-26 ta’ Lulju.  Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport, is-Sur Franco Azzopardi kien ukoll preżenti għal din il-preżentazzjoni.
Il-kontinġent hu magħmul minn disgħin persuna bejn uffiċjali, coaches u atleti. Il-lista finali ta’ l-atleti Maltin li se jipparteċipaw f’dan il-logħob tħabbret uffiċjalment miċ-chairman tal-kumitat Malti tal-FISEC, Brother Martin Borg f.s.c., waqt laqgħa li ġiet organizzata aktar kmieni din il-ġimgħa għall-istess atleti, coaches u anki ġenituri. Għal din il-laqgħa attendew uffiċjali tal-kumitat Malti u anki Louis Borg, Viċi President fil-FISEC International Bureau Ġenerali.
Fl-introduzzjoni tiegħu, Brother Martin tkellem dwar l-importanza li tingħata llum lil dan il-logħob mill-assoċjazzjonijiet u l-atleti żgħażagħ Maltin. “Illum il-logħob tal-FISEC kompla jistabilixxi ruħu bħala l-ewwel tarġa li għandhom ħafna atleti Maltin f’dak li hu parteċipazzjoni internazzjonali. Jiena u l-kumitat tiegħi nħossuna kburin li kull sena qegħed nagħtu ċ-ċans lill-kontingent daqstant kbir ta’ atleti biex jipparteċipa f’logħob ta’ livell daqstant għoli,” ikkummenta Brother Martin.
Dwar it-58 edizzjoni tal-logħob fl-Ungerija Brother Martin ikkonferma li għal darba oħra  dan se jintlagħab f’kumplessi sportivi mill-aktar moderni u tenna li l-ispejjez għal kumitat Malti huma kbar speċjalment meta tqis li l-kumitat jissussidja l-ispejjez tal-parteċipazzjoni ta’ l-atleti u kull sena jforni lil kull atleta u coach, kit uffiċjali tal-FISEC.
Tħabbret il-lista ta’ l-atleti li se jivvjaġġaw lejn l-Ungerija fejn Malta se tieħu sehem f’seba’ dixxiplini sportivi li huma l-atletika, l-għawm, il-futsal, basketball femminili, handball maskili, tennis u table-tennis. L-atleti magħżula huma:
Atletika Bniet - Diane Borg, Martina Xuereb, Francesca Xuereb, Alessandra Pace, Tamara Vella, Juli Anne Grech, Yana Pace Cocks.
Atletika Subien – Mark Bugeja, Andy Grech, Andrew Cassar Torreggiani, Vittorio Aquilina, Christian Attard, Alessandro Zerafa u Chris Magro.
Il-coaches huma – Gino Mallia, Ralph Mifsud u Mark Farrugia.
Għawm Bniet – Francesca Paolella, Melinda Sue Micallef, Talisa Pace, Nicole Cremona u Giannella Gauci.
Għawm Subien – Andrea Agius, Adrian Buttigieg, Larkin Mallia, Quelin Zammit, Robert Micallef, Daniel Galea u Edward Caruana Dingli.
L-għawwiema se jkunu immexxija minn Gail Rizzo.
Tennis – Clayton Zammit, Denzil Agius, Jean Paul Schembri u Giovanni Selvaggi.
Dawn se jkunu mħarrġa minn Anthony Cilia Pisani.
Futsal – Luke Fenech, Luke Micallef, Christian Cacciattolo, Timmy Fleri Soler, Walter Farrugia, Neville Mifsud, Andre Gove, Carl Zammit, Shawn Agius u Franridge Schembri.
It-team se jkun immexxi minn Michael Molzahn u Kevin Mamo.
Basketball Bniet – Kelly Busuttil, Christine Grima, Emma Jane Moore, Samantha Tabone, Dana Mc Keon, Nicola Said, Gene Doughty, Melanie Muscat, Chanel Galea, Leanne Sciberras, Francesca Farrugia u Lonnike Calleja.
Dawn se jitħarrġu minn Trudy Hopgood.
Handball Subien – Neville Borg, Jerome Zammit, Terence Cassar, Daniel Tanti, James Farrugia, Maurice Meli, Lyden Zerafa, Peter Naudi, Andrea D’Amato, Albert Borg, Julian Delicata u Mark Borg.
Il-coaches huma Milos Stanisavljevic u Matthew Mamo.
Table Tennis – Daniel Vella u Stephan Grech bil-coach ikun David Pace.
Barra dawn Leandros Calleja se jakkumpanja lill-grupp bħala masseur.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow