Left arrow Mur Lura

ŻMIEN TA’ NOTIFIKAZZJONI GĦAL FAĊILITAJIET TA’ CHILDCARE

PR1036
Date Icon 13/07/2006

Id-Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali, fi ħdan il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, jinforma lill-operaturi ta’ faċilitajiet ta’ Childcare li beda ż-żmien ta’ notifikazzjoni għal dawk li jixtiequ javżaw li huma interessati li japplikaw għal fondi sabiex itejbu l-faċilitajiet tagħhom.

Dawn l-operaturi jridu jibagħtu Formola ta’ Notifikazzjoni sa’ l-20 ta’ Lulju biex b’hekk ikunu jistgħu eventwalment japplikaw għall-għajnuna finanzjarja taħt skema li l-Gvern ser iniedi fil-ġimgħat li ġejjin. Żewġ kundizzjonijiet importanti  li jridu jissodisfaw dawn l-operaturi huma: illi diġa’ qegħdin joffru dawn is-servizzi, u li qegħdin jipprovdu dan is-servizz ta’ childcare lil tfal taħt it-tliet snin.

Kopja ta’ din il-Formola tista’ tiġi miksuba minn fuq il-website tal-Ministeru:  www.mfss.gov.mt, liema formola wara trid tintbagħat bil-posta, bl-email, jew bil-fax kif indikat fuq il-formola stess. Wieħed jista’ jikseb ukoll kopja tal-formola jew aktar informazzjoni billi jċempel lid-Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali fuq 21483115.

Dawk l-operaturi ta’ dawn il-faċilitajiet  li jibagħtu l-Formola ta’ Notifikazzjoni wara d-data ta’ l-għeluq, ma jkunux eliġibbli għal din l-iskema.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow