IL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN IWIEĠEB LILL-ONOR GAVIN GULIA
B’referenza għal dak li qal l-Onor. Gavin Gulia fil-Parlament fis-6 ta’ Lulju 2006, il-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern jippreċiża dan li ġej:
· Jekk illum hemm kuxjenza fl-UE dwar il-problema ta’ l-immigrazzjoni fiċ-ċentru tal-Mediterran, dan kien dovut għall-ħidma ko-ordinata u intensiva tal-Ministeru ta’ l-Intern u l-Affarijiet Barranin.
· Jekk illum qed jiġi rikonoxxut li fondi speċjali għandhom jiġu applikati biss favur pajjiżi milquta mill-fenomenu ta’ l-immigrazzjoni, dan kien dovut għall-pressjoni kontinwa tal-Gvern Malti.
· Il-Gvern Malti rnexxielu f’temp qasir iġib impenn mill-Frontex li dak li jista’ jsir fil-Ġżejjer Kanari, isir ukoll fiċ-Ċentru tal-Mediterran għal dak li jirrigwarda pattuljament navali minn pajjiżi Ewropej.
· Il-Gvern Malti qed jinsisti li dan l-eserċizzju ta’ pattuljament (patrol) isir, preferibilment b’ko-operazzjoni mal-Gvern Libjan; iżda sakemm dan isir, jista’ jsir barra mill-ibħra territorjali Libjani bi skop ta’ deterrent. Dan il-pattuljament m’għandux isir fiż-żona ta’ salvataġġ ta’ Malta.
· F’laqgħa li saret il-Ġimgħa 7 ta’ Lulju, 2006, il-Gvern Taljan permezz tal-Ministru ta’ l-Intern Giuliano Amato, aċċetta stedina tal-Gvern Malti li ssir laqgħa f’Malta kemm jista’ jkun malajr, bejn il-Ministri ta’ l-Intern ta’ Malta, Libja u Italja sabiex jiddiskutu l-problema ta’ l-immigrazzjoni kif qed tolqot it-tliet pajjiżi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958