Left arrow Go Back

IL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN IWIEĠEB LILL-ONOR GAVIN GULIA

PR1026
Date Icon 11/07/2006

B’referenza għal dak li qal l-Onor. Gavin Gulia fil-Parlament fis-6 ta’ Lulju 2006, il-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern jippreċiża dan li ġej:  

·     Jekk illum hemm kuxjenza fl-UE dwar il-problema ta’ l-immigrazzjoni fiċ-ċentru tal-Mediterran, dan kien dovut għall-ħidma ko-ordinata u intensiva tal-Ministeru ta’ l-Intern u l-Affarijiet Barranin. 

·     Jekk illum qed jiġi rikonoxxut li fondi speċjali għandhom jiġu applikati biss favur pajjiżi milquta mill-fenomenu ta’ l-immigrazzjoni, dan kien dovut għall-pressjoni kontinwa tal-Gvern Malti. 

·     Il-Gvern Malti rnexxielu f’temp qasir iġib impenn mill-Frontex li dak li jista’ jsir fil-Ġżejjer Kanari, isir ukoll fiċ-Ċentru tal-Mediterran għal dak li jirrigwarda pattuljament navali minn pajjiżi Ewropej. 

·     Il-Gvern Malti qed jinsisti li dan l-eserċizzju ta’ pattuljament (patrol) isir, preferibilment b’ko-operazzjoni mal-Gvern Libjan; iżda sakemm dan isir, jista’ jsir barra mill-ibħra territorjali Libjani bi skop ta’ deterrent. Dan il-pattuljament m’għandux isir fiż-żona ta’ salvataġġ ta’ Malta. 

·     F’laqgħa li saret il-Ġimgħa 7 ta’ Lulju, 2006, il-Gvern Taljan permezz tal-Ministru ta’ l-Intern Giuliano Amato, aċċetta stedina tal-Gvern Malti li ssir laqgħa f’Malta kemm jista’ jkun malajr, bejn il-Ministri ta’ l-Intern ta’ Malta, Libja u Italja sabiex jiddiskutu l-problema ta’ l-immigrazzjoni kif qed tolqot it-tliet pajjiżi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow