Left arrow Mur Lura

KJARIFIKA DWAR L-UFFIĊĊJU TAL-KUMMISSARJU GĦAR-REFUĠJATI

PR1025
Date Icon 11/07/2006

B'referenza għar-rapport li deher f'wieħed mill-gurnali tal-Ħadd, 9 ta' Lulju 2006, dwar l-istaff ta' l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati, għandu jiġi ċċarat dan li ġej: 

Ma hemm ħadd fost in-nies li jaħdmu f'dan l-uffiċċju li nstab li għandu l-marda tat-TB. Kien hemm impjeġati li nstabu li għandhom is-sinjali ta' "latent" TB, li mhix infettiva.  Dawn l-impjeġati mill-ewwel ingħataw il-pariri mediċi meħtieġa fiċ-ċirkustanzi.   

Qed isiru konsultazzjonijiet fl-ogħla livell, bejn il-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern u l-Ministeru tas-Saħħa, dwar x'jista' jsir iktar u aħjar, biex l-istaff tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati u tal-Bord ta' l-Appell, kif ukoll kull min jagħti servizz fiċ-ċentri magħluqin ta' l-immigranti, jkun imħares daqskemm possibbli. 

Il-Gvern jassigura lil dawk kollha li jagħtu servizz f'dawn iċ-ċentri li s-servizz tagħhom hu apprezzat ħafna.   Kull meta jkun hemm xi ħadd li jiltaqa' ma' problemi personali fl-għoti ta' dan is-servizz, dan dejjem nissel preokkupazzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow